This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IP0111
Appointment of the executive director of the European Banking Authority (EBA) European Parliament resolution of 24 March 2011 on the appointment of the Executive Director of the European Supervisory Authority (European Banking Authority)
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea
ĠU C 247E, 17.8.2012, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/11 |
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
P7_TA(2011)0111
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea
2012/C 247 E/02
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta’ Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi Adam Farkas jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010), |
1. |
Japprova l-ħatra ta’ Adam Farkas bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea). |
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.