This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0074
Proposal for a COUNCIL DECISION concerning the specific programme, to be carried out by means of direct actions by the Joint Research Centre, implementing the Framework Programme of the European Atomic Energy Community for nuclear research and training activities (2012 to 2013)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013)
/* COM/2011/0074 finalI - NLE 2011/0044 */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013) /* COM/2011/0074 finalI - NLE 2011/0044 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 7.3.2011 KUMM(2011) 74 finali 2011/0044 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013) {COM(2011) 71 final}{COM(2011) 72 final}{COM(2011) 73 final}{SEC(2011) 204 final} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta It-Trattat tal-Euratom jillimita l-programmi tar-riċerka kollha għal massimu ta’ 5 snin. Il-Programm Kwadru tal-Euratom attwali, Euratom FP7 (2007-2011), li jikkonsisti f’żewġ Programmi Speċifiċi (wieħed għal ‘azzjonijiet indiretti’ u l-ieħor għal ‘azzjonijiet diretti’ tal-JRC) sejjer jiskadi fl-aħħar tal-2011. Il-proposta li takkompanja dan il-memorandum hija għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill biex ikun estiż il-Programm Speċifiku għal ‘azzjonijiet diretti’ għas-sentejn 2012-2013. L-għan prinċipali huwa li tkun żgurata l-kontinwazzjoni tar-riċerka ffinanzjata mill-UE f’dawn l-oqsma għal sentejn oħra wara l-2007-2011. Għal dan il-għan, il-proposta tispjega l-objettivi tal-attivitajiet tar-riċerka u żvilupp (R&Ż). 1.2. Il-kuntest ġenerali Il-programm tal-JRC sejjer jiffoka fuq ir-riċerka dwar l-immaniġjar tal-iskart, u s-sikurezza u s-sigurtà ta’ sistemi nukleari preżenti u avvanzati. Il-programm ta’ riċerka sejjer itejjeb l-għarfien xjentifiku f’dawn l-oqsma u sejjer jipprovdi appoġġ għall-alternattivi ta’ politika dwar it-taħlita tal-enerġija tas-seklu 21, u għall-użu effiċjenti tal-enerġija nukleari. L-appoġġ għal riċerka xjentifika bażika u mmirata sejjer ikun meħtieġ biex jinżamm fehim sħiħ ta’ fenomenu ewlieni. Sejjer ikun hemm ukoll iffukar partikolari fuq l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ xjenzati u inġiniera preżenti u futuri. Fl-UE u madwar id-dinja, hemm għarfien li qiegħed jiżdied rigward il-ħtieġa għall-użu responsabbli tal-enerġija nukleari, li jkopri s-sikurezza u s-sigurtà. Dan kien enfasizzat reċentement fl-ogħla livelli politiċi, b’mod partikolari fil-konferenza ta’ Pariġi dwar l-aċċess għall-enerġija nukleari ċivili li saret f’Pariġi fit-8-9 ta’ Marzu 2010, is-samit dwar is-sigurtà nukleari f’Washington fit-12-13 ta’ April 2010, u l-Laqgħa ta’ Analiżi dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni li saret fi New York f’Mejju 2010. Perspettiva komuni Ewropea rigward il-problemi u l-approċċi ewlenin hija meħtieġa biex tissaħħaħ iż-Żona ta’ Riċerka Ewropea, għaldaqstant l-attivitajiet kollha jridu jsiru f’konsultazzjoni mill-qrib mal-fora tekniċi ewlenin bħall-“Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli” (SNETP) u l-“Pjattaforma Teknoloġika Implimentattiva għad-Disponiment Ġeoloġiku” (IGDTP). Se jkun promoss ukoll in-netwerking ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi ewlenin, pereżempju l-membri tal-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV. Meta jkun xieraq, sejjer ikun meħtieġ il-kordinament mal-azzjonijiet indiretti mwettqa mid-DĠ RTD u inizjattivi oħrajn ta’ DĠ oħra. 1.3. Attivitajiet ta’ riċerka nukeari (azzjonijiet diretti) Il-Programm Speċifiku għal azzjonijiet diretti jkopri t-tliet prijoritjaiet tematiċi li ġejjin: 1. L-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku; 2. Is-sikurezza nukleari; 3. Is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari. 1.4. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Skont l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-Euratom, il-Programm Kwadru tal-Euratom huwa l-istrument ewlieni tal-Euratom għall-appoġġ u l-ikkumplimentar tal-attivitajiet tal-Istati Membri fir-R&Ż nukleari. Id-dispożizzjonijiet eżistenti, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabilixxu s-7 Programm Kwadru tal-Euratom għall-2007-2011([1]), sejrin jiskadu fl-aħħar tal-2011. 1.5. Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħrajn tal-Unjoni L-attivitajiet ta’ R&Ż li għandhom ikunu appoġġjati mill-Programm Kwadru tal-Euratom huma konsistenti b’mod sħiħ mal-għanijiet tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET). 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati Skont it-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC) tal-Euratom. Il-proposta għal Programm Kwadru tal-Euratom hija bbażata wkoll fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet mal-Kunsill dwar l-ITER. 2.2. Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert Il-Kummissjoni użat diversi sorsi għat-tħejjija tal-proposta dwar il-Programm Kwadru tal-Euratom, inklużi: a) l-Evalwazzjonijiet Interim tal-FP7 tal-Euratom imwettqa minn bordijiet ta’ esperti indipendenti; b) input mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC; c) input dwar l-estensjoni tal-FP7 tal-Euratom u t-tħejjija tal-FP8 mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC) tal-Euratom; d) rapporti bħad-dokumenti ta’ viżjoni u l-aġendi tar-riċerka strateġika mħejjija mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija fil-qasam nukleari – il-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP), il-Pjattaforma Teknoloġika Implimentattiva għad-Disponiment Ġeoloġiku (IGD-TP) u Inizjattiva Ewropea Multidixxiplinari dwar Dożi Baxxi (MELODI). 2.3. Il-valutazzjoni tal-impatt Skont l-Artikolu 21 tar-Regoli Implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002), il-Kummissjoni ħejjiet evalwazzjoni ex ante . Minħabba li din il-proposta għandha l-mira li tkompli l-attivitajiet tal-Programm Kwadru tal-Euratom għall-2012-13 taħt l-istess perspettivi finanzjarji, ir-rekwiżit għall-Valutazzjoni tal-Impatt ġie rinunzjat. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA Il-bażi ġuridika għal dan il-Programm Speċifiku hija disposta bl-Artikoli 1, 2, 4 u 7 tat-Trattat tal-Euratom. 4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Id-“dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva” mehmuża ma’ din il-proposta għal Deċiżjoni tistipula l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa. 2011/0044 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3], Billi: 4. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru XXXX/20XX/Euratom tal-XXXXX dwar il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka u attivitajiet ta’ taħriġ (2012-2013)[4], minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘l-Programm Kwadru (2012-2013)’, il-Programm Kwadru (2012 - 2013) għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiddeterminaw it-tul taż-żmien tagħhom u jipprevedu l-mezzi meqjusa bħala neċessarji. 5. Il-Programm Kwadru (2012-2013) fih żewġ tipi ta’ attivitajiet: azzjonijiet indiretti fir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni u riċerka dwar il-fissjoni nukleari u r-radjuprotezzjoni, u azzjonijiet diretti għal attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka fil-qasam tal-enerġija nukleari. L-azzjonijiet diretti għandhom jiġu implimentati mill-programm speċifiku attwali. 6. Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘l-JRC’, għandu jimplimenta l-attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ li jridu jitwettqu permezz ta’ ’l hekk imsejħa ‘azzjonijiet diretti’ taħt programm speċifiku tal-JRC li jimplimenta l-Programm Kwadru (2012-2013). 7. Meta jwettaq il-missjoni tiegħu, il-JRC għandu jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijenti għall-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, biex ikun żgurat appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki eżistenti u r-rispons għall-ħtiġijiet ġodda tal-politika. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-JRC għandu jwettaq riċerka tal-ogħla kwalità Ewropea, inkluż biż-żamma tal-livell tiegħu stess ta’ eċċellenza xjentifika. 8. Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku, għandha tinsaħaq il-promozzjoni tal-mobilità u t-taħriġ tar-riċerkaturi u l-promozzjoni tal-innovazzjoni, fl-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-JRC għandu jipprovdi taħriġ xieraq fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. 9. Dan il-programm speċifiku għandu jkun implimentat b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-politiki tal-Unjoni Ewropea, waqt li jkunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt il-programm speċifiku għandhom jiġu addattati fejn ikun xieraq għal dawn il-ħtiġijiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u għandhom jimmiraw li tinkiseb eċċellenza xjentifika. 10. Għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku, il-koperazzjoni taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew taħt Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tista’ tkun ikkumplimentata b’koperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 2, il-punt (h), l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 tat-Trattat, ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. 11. Fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ tkabbir u integrazzjoni, il-JRC jimmira li jippromwovi l-integrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi tal-Istati Membri ġodda fi ħdan l-attivitajiet tiegħu b’mod partikolari għall-implimentazzjoniu tal-komponenti tax-xjenza u t-teknoloġija tal- acquis tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll aktar koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi mill-pajjiżi ta’ adeżjoni u kandidati. Għandu jkun previst ukoll ftuħ progressiv lejn il-pajjiżi ġirien, b’mod speċifiku fuq temi ta’ prijorità tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. 12. Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi. Dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Prigramm ta’ Qafas (2012-2013), xogħol ta’ partijiet terzi u, sa ċertu punt inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali. 13. Immaniġjar finanzjarju b’saħħitu tal-Programm Kwadru (2012-2013) u l-implimentazzjoni tiegħu għandhom ikunu żgurati b’mod effikaċi u faċli għall-utent, waqt li jkunu żgurati ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċessibilità tar-riżultati tal-programm għall-parteċipanti kollha, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6]. 14. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa — ipproporzjonati għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — biex ikunu kkontrollati kemm l-effikaċja tal-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja tal-użu ta’ dawn il-fondi sabiex ikunu evitati irregolaritajiet u frodi. Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[7], ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[8] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[9]. 15. Il-Kummissjoni għandha, fiż-żmien opportun, tħejji biex titwettaq valutazzjoni indipendenti dwar l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-programm speċifiku. 16. L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. 17. Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-programm speċifiku, li għandu jsir permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013), minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala il-‘programm speċifiku’, huwa adottat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Artikolu 2 Il-programm speċifiku għandu jistabilixxi l-attivitajiet għall-azzjonijiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jappoġġaw il-firxa kollha ta’ azzjonijiet ta’ riċerka mwettqa f’koperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin: 18. l-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku; 19. is-sikurezza nukleari (tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta’ reatturi nukleari, u taċ-ċiklu tal-fjuwil tagħhom); 20. tas-sigurtà nukleari (inklużi s-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari). L-objettivi u l-linji ġenerali tal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu huma stabiliti fl-Anness. Artikolu 3 Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni [ Referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FP tal-Euratom għandha tiżdied meta din tiġi adottata ], l-ammont meqjus meħtieġ għat-twettiq tal-programm speċifiku huwa ta’ EUR 233 216 000. Artikolu 4 L-attivitajiet tar-riċerka kollha mwettqa taħt il-programm speċifiku għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali. Artikolu 5 Il-programm speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ azzjonijiet diretti kif stabilit fl-Anness II għad-Deċiżjoni [ Referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FP tal-Euratom għandha tiżdied meta din tiġi adottata ]. Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta’ ħidma multiannwali għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li jistipula f’aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi stabiliti fl-Anness, u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni. 2. Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jqis l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun jixraq. Artikolu 7 Il-Kummissjoni għandha tħejji biex titwettaq il-valutazzjoni indipendenti disposta fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni …dwar l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-programm speċifiku. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Programm Speċifiku taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka 1. OBJETTIV L-objettiv ġenerali tal-programm speċifiku huwa li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku orjentat lejn il-klijent għall-politika tal-UE relatata mal-enerġija nukleari, u li jissodisfa l-obbligi tat-Trattat. Biex tinkiseb din il-mira, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza jeħtieġu li jiġu aġġornati kontinwament, sabiex jipprovdu l-għarfien espert l-aktar modern meħtieġ fl-oqsma tas-sikurezza tar-reatturi nukleari u s-salvagwardji nukleari u s-sigurtà. 2. L-APPROċċ L-attivitajiet nukleari tal-JRC jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) tat-Trattat u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, l-immaniġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u r-radjuprotezzjoni. Għall-Programm Kwadru (2012-2013), ir-riċerka u l-attività ta’ appoġġ sejrin ikomplu jiffokaw fuq: 21. l-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku; 22. is-sikurezza nukleari (tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta’ reatturi nukleari, u taċ-ċiklu tal-fjuwil tagħhom); 23. tas-sigurtà nukleari (inklużi s-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari). Barra minn hekk, il-JRC se jsaħħaħ aktar ir-rrwol tiegħu bħala referenza Ewropea għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni għax-xjenzati żgħażagħ. 3. ATTIVITAJIET 3.1. L-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku 3.1.1. Il-fjuwil użat u l-karatterizzazzjoni, il-ħżin u d-disponiment ta’ skart ta’ livell għoli L-immaniġjar tal-fjuwil użat u l-iskart nukleari ta’ livell għoli jinvolvi l-ipproċessar, il-kundizzjonar, it-trasport, il-ħżin interim u d-disponiment ġeoloġiku tagħhom. Il-mira aħħarija hija li jkun evitat ir-rilaxx ta’ radjunuklidi fil-bijosfera matul dawn l-istadji kollha tul l-iskala taż-żmien twila ħafna tad-dekompożizzjoni tagħhom. Id-disinn, il-valutazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi ta’ barrieri ta’ konteniment mibnija u naturali matul l-iskali ta’ żmien rilevanti huma fundamentali għall-ilħuq ta’ dawn l-objettivi u jiddependu fost affarijiet oħra fuq l-imġiba tal-fjuwil u/jew l-iskart fl-ambjent ġeoloġiku. Tali studji huma koperti minn dan il-programm speċifiku. 3.1.2. Kompartimentalizzazzjoni u trasmutazzjoni L-istrateġija ewlenija meqjusa għas-sistemi tal-enerġija nukleari tal-ġejjieni tinkludi l-għeluq taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, bil-għan li titnaqqas ir-radjutossiċità fuq medda twila ta’ żmien tal-iskart nukleari u jisseddaq l-użu sostenibbli tar-riżorsi. L-isfidi maġġuri għal dan il-kunċett jibqgħu l-ottimazzjoni tat-tekniki tal-kompartimentalizzazzjoni, is-separazzjoni ta’ radjunuklidi magħżula ta’ ħajja twila mill-fjuwil użat, u l-fabbrikazzjoni u l-kwalifikazzjoni ta’ fjuwils sikuri u affidabbli għat-trasmutazzjoni tal-aktinidi. Xogħol esperimentali fuq il-kompartimentalizzazzjoni għand il-JRC jinkludi r-riċerka kemm fuq id-dissoluzzjoni milwiema kif ukoll fuq il-proċessi pirometallurġiċi (f'mezzi salini). 3.1.3. Riċerka bażika tal-aktinidi Biex tinżamm il-kompetenza u l-pożizzjoni fuq quddiem fil-qasam tat-teknoloġija nukleari ċivili, huwa essenzjali li titkattar ir-riċerka bażika interdixxiplinari dwar il-materjali nukleari bħala riżorsa li minnha jistgħu jfeġġu innovazzjonijiet teknoloġiċi ġodda. Għaldaqstant, dan jirrikjedi għarfien dwar ir-rispons tal-hekk imsejħa ‘elementi tas-saff elettroniku 5f’ (jiġifieri l-aktinidi) u l-komposti għal parametri termodinamiċi (ġeneralment estremi). Minħabba l-bażi tad-dejta sperimentali żgħira u l-kumplessità intrinsika tal-immodellar, l-għarfien attwali tagħna rigward dawn il-mekkaniżmi huwa wieħed limitat. Ir-riċerka bażika li tindirizza dawn il-kwistjonijiet hija kruċjali għall-fehim tal-imġiba ta’ dawn l-elementi u biex jibqa’ fuq quddiem tal-fiżika tal-materja kondensata kontemporanja. L-iżviluppi fl-immudellar avvanzat u s-simulazzjoni sejrin jiżdiedu biex tingħata spinta lill-impatt tal-programmi sperimentali. Il-programm ta’ riċerka bażika tal-JRC dwar l-aktinidi sejjer jibqa’ fuq quddiem tal-fiżika u l-kimika tal-aktinidi, bil-għan ewlieni li jkunu pprovduti faċilitajiet sperimentali tal-ogħla kwalità lix-xjenzati mill-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka. Dawn jippermettulhom li jinvestigaw il-karatteristiċi tal-materjali ta’ aktinidi, sabiex titlesta l-edukazzjoni tagħhom u jikkontribwixxu għall-avvanzi fix-xjenzi nukleari. 3.1.4. Dejta nukleari Id-disinji proposti għal inċineraturi minuri ddedikati tal-aktinidi u kunċetti avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija nukleari jirriżultaw f’talbiet ġodda għal dejta nukleari bi preċiżjoni mtejba b’mod sinifikanti. Il-kwalità tad-dejta sperimentali hija kwistjoni ewlenija għal standards ta’ sikurezza aħjar u marġini tal-iżbalji mnaqqsa, u b’hekk il-kosteffikaċja fid-disinn u l-bini ta’ sistemi ta’ reatturi ġodda. Il-fajls tad-dejta użati mill-industrija u l-laboratorji tar-riċerka jridu jkunu sħaħ, preċiżi u vvalidati permezz ta’ proċeduri tal-garanzija tal-kwalità ddefiniti sewwa. Il-JRC sejjer jipproduċi dejta meħtieġa fuq livell internazzjonali u sejjer ikompli wkoll it-tħaddim sikur tal-aċċelleraturi lineari Van de Graaff u GELINA. 3.1.5. Applikazzjonijiet mediċi mir-riċerka nukleari Terapiji ġodda tal-kanċer imsejħa terapija alfa mmirata (TAT - targeted alpha therapy), qed jieħdu vantaġġ mill-karatteristiċi fiżiċi uniċi tar-radjazzjoni tal-partikoli alfa (b’mod partikolari tal-enerġija għolja tagħha u t-tul tal-passaġġ qasir (short path) fit-tessut uman) fl-immirar b’mod selettiv u fil-qerda ta’ ċelloli morda waqt li jiġi evitat it-tessut b’saħħtu ta’ madwar. Dawn it-tekniki jistgħu jintużaw għall-kura tal-kanċer u mard infettiv. Il-JRC sejjer ikompli jappoġġja l-iżvilupp tat-TAT b’fokus speċjali fuq proċessi alternattivi għall-produzzjoni tal-emitturi alfa u l-ittestjar radjubijoloġiku tal-bijomolekuli radju-tikkettjati, jevalwa l-effiċjenza u l-fattibilità tagħhom u jagħmel dawn l-applikazzjonijiet ġodda disponibbli għall-implimentazzjoni mill-isptarijiet u l-industrija farmaċewtika. 3.1.6. Monitoraġġ tar-radjuattività fl-ambjent It-Titolu II, il-Kapitolu 3, tat-Trattat jipprevedi l-istabiliment ta’ standards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jitnisslu mir-radjazzjoni jonizzanti. L-Artikoli 31 sa 38 tat-Trattat jipprovdu regoli dwar ir-rwol tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-kontroll tal-livelli tar-radjuattività fl-ambjent, ir-rilaxx fl-ambjent u l-immaniġjar tal-iskart nukleari. Skont l-Artikolu 39 tat-Trattat, il-JRC jipprovdi għajnuna lill-Kummissjoni fit-twettiq ta’ dan il-kompitu. Minħabba l-limiti ġodda għal radjunuklidi fl-ilma tax-xorb u l-ingredjenti tal-ikel, il-JRC sejjer jiżviluppa tekniki analitiċi u sejjer jipproduċi materjali ta’ referenza korrispondenti. It-tqabbil bejn il-laboratorji sejjer jiġi organizzat mal-laboratorji ta’ kontroll tal-Istati Membri biex tkun evalwata l-komparabilità tad-dejta ta’ kontroll irrapportata skont l-Artikoli 35 u 36 tat-Trattat, u biex tkun appoġġjata l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll tar-radjuattività bil-materjali tal-ittestjar ta’ referenza. 3.1.7. L-immaniġjar tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni Huwa importanti li jinżamm u li jiżdied l-għarfien nukleari tal-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ xjenzati u inġiniera nukleari, permezz tad-disseminazzjoni tal-esperimenti, ir-riżultati, l-interpretazzjonijiet u l-ħiliet miksuba fir-riċerka u l-programmi applikati. Il-JRC sejjer jikkontribwixxi biex dan l-għarfien ikun disponibbli malajr, organizzat kif xieraq u ddokumentat sewwa u biex jappoġġa l-attivitajiet tal-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa kemm għal reatturi tal-Ġenerazzjoni IV operattivi kif ukoll innovattivi. Barra minn hekk, il-JRC sejjer jiżviluppa l-Osservatorju Ewropew tar-Riżorsi Umani Nukleari biex janalizza x-xejriet fl-Ewropa u jipprovdi appoġġ xjentifiku għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni. Il-JRC se jkompli jikkontribwixxi wkoll għal komunikazzjoni aħjar rigward il-kwistjonijiet nukleari, b’mod partikolari rigward l-aċċettabilità pubblika u b’mod aktar globali fuq l-istrateġiji għal sensibilizzazzjoni kumplessiva dwar l-enerġija. L-esperjenza twila u l-faċilitajiet uniċi għall-kejl tad-dejta nukleari huma wkoll opportunità eċċellenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-xjenzati u l-inġiniera nukleari, billi l-edukazzjoni fl-universitajiet tkun issupplimentata bl-għoti ta’ aċċess prattiku għall-istallazzjonijiet nukleari. 3.2. Is-sikurezza nukleari 3.2.1. Is-sikurezza tar-reatturi nukleari Is-sikurezza nukleari u l-affidabilità tal-istallazzjonijiet operatorji huma dejjem soġġetti għall-ottimazzjoni sabiex jintlaħqu l-isfidi l-ġodda ppreżentati mil-liberalizzazzjoni tas-suq, it-tħaddim estiż tal-impjant, u l-hekk imsejjaħ ‘rinaxximent’ tal-industrija nukleari. Sabiex jinżamm u jittejjeb il-livell tas-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari kemm tat-tip tal-Punent kif ukoll tat-tip Russi, metodoloġiji ta’ valutazzjoni tas-sikurezza avvanzati u rraffinati u għodod analitiċi korrispondenti, jeħtieġ li jiġu estiżi u vvalidati. Investigazzjonijiet sperimenatli immirati jitwettqu fil-JRC biex jittejjeb il-fehim tal-fenomeni u l-proċessi fiżiċi sottostanti sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalidati u vverifikati l-valutazzjonijiet tas-sikurezza deterministiċi u probabilistiċi, fuq il-bażi ta’ immudellar avvanzat tal-proċessi tal-impjanti (reattività u termidrawliċi), tal-komponenti taħt tagħbijiet/tixjiħ operazzjonali, u l-fatturi umani u organizzazzjonali. Il-JRC sejjer ikompli jkollu wkoll rwol ċentrali fl-istabiliment u t-tħaddim taċ-Ċentru Ewropew għall-Ikklerjar għar-Rispons dwar l-Esperjenza Operazzjonali għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. Sejjer jipprovdi rapporti topiċi dwar kwistjonijiet ta’ impjanti speċifiċi u jħaffef il-kondiviżjoni u l-implimentazzjoni b’mod effiċjenti tar-rispons dwar l-esperjenza operazzjonali biex titjieb is-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari, għall-benefiċċji tar-regolaturi Ewropej kollha. 3.2.2. Is-sikurezza tal-fjuwil nukleari fir-reatturi tal-enerġija li joperaw fl-Unjoni Matul is-seklu 21 sejrin jaħdmu reatturi tal-ilma ħafif tal-Ġenerazzjoni II u III. Sabiex tkun ottimizzata s-sikurezza u l-effiċjenza tagħhom, irid ikun żgurat fehim aħjar tal-imġiba ġewwa ir-reattur (in-pile) tas-sistema tat-tubi tal-fjuwil (fjuwil u l-kopertura), speċjalment fir-rigward tal-iskemi ta’ tħaddim estiż, li jkopru l-kondizzjonijiet normali, inċidentali u aċċidentali. Iż-żewġ aspetti ewlenin ta’ din ir-riċerka huma l-integrità mekkanika tat-tubi tal-fjuwil matul il-ħajja tar-reattur u r-rispons tal-fjuwil għal kundizzjonijiet tranżitorji (inklużi kundizzjonijiet ta’ aċċident gravi f’reattur sat-tiwid tal-qalba). Fl-aħħarnett, l-esperimenti u t-teoriji dwar mekkaniżmi fiżiċi u kimiċi definiti sewwa jridu jkunu inkorporati f’mudelli b’diversi skali u eventwalment f’kodiċi tal-prestazzjoni tal-fjuwil. Ir-riċerka tal-JRC sejra tkun iddedikata wkoll għat-titjib tal-punti ta’ riferiment sperimentali għall-imġiba tal-fjuwil UO2 u MOX fil-ħruq għoli. 3.2.3. It-tħaddim sikur ta’ sistemi tal-enerġija nukleari avvanzati Kunċetti tar-reatturi ġodda għal sikurezza, effiċjenza u sostenibilità akbar jitqiesu madwar id-dinja li huma suġġett ġdid tar-riċerka, b’mod partikolari fi ħdan il-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV (GIF). Il-JRC ingħata l-mandat mill-Istati Membri biex jaġixxi bħala l-Aġent Implimentatorju għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-GIF. Bħala tali, il-JRC sejjer jikkordina aktar il-kontribuzzjonijiet Ewropej (permezz ta’ azzjonijiet diretti jew indiretti, jew permezz tal-Istati Membri) fid-diversi proġetti tal-GIF. L-istudji mwettqa fil-laboratorji tal-JRC primarjament ikopru l-aspetti tas-sikurezza tal-kunċetti tad-disinn tar-reatturi innovattivi u ċ-ċikli tal-fjuwil nukleari, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni, l-ittestjar tal-irradjazzjoni u l-kontroll postirradjazzjoni tat-tipi ta’ fjuwil ġodda, kif ukoll tal-karatterizzazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-materjali strutturali u tal-‘kopertura’ innovattivi. Barra minn hekk, qegħdin jitwettqu studji rigward ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ġenerazzjoni ġdida ta’ reatturi, u l-evalwazzjoni oġġettiva ta’ diversi sistemi innovattivi. L-għan huwa li jingħata appoġġ għall-istabiliment ta’ approċċ komuni Ewropew għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tar-reatturi innovattivi, li hija prerekwiżit għall-bini f’waqthom tal-prototipi u dimostraturi kif ippjanat fl-Istrateġija tal-Użu ta’ SNETP. 3.3. Sigurtà nukleari 3.3.1. Is-salvagwardji nukleari Minħabba r-rwol imseddaq imwettaq mill-enerġija nukleari fil-produzzjoni tal-elettriku fl-Ewropa, u fid-dinja, it-trattament tal-materjali nukleari fiċ-ċiklu tal-fjuwil qiegħed jiżdied kontinwament. Biex tkun evitata kwalunkwe diversjoni ta’ dawn il-materjali mill-użu intenzjonat tagħhom, sistema b’saħħitha u affidabbli ta’ salvagwardji nukleari u nonproliferazzjoni hija kruċjali. Innovazzjonijiet u titjib tekniċi jkomplu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tas-salvagwardji li qiegħda tevolvi. L-isfida ta’ llum hija l-implimentazzjoni ta’ aktar awtomizzazzjoni u għodod aħjar għall-analiżi tal-informazzjoni biex jitnaqqas kemm l-ammont ta’ xogħol tal-ispetturi kif ukoll il-piż fuq l-industrija nukleari. It-tipi tar-reatturi tal-ġenerazzjoni li jmiss u ċ-ċikli tal-fjuwil korrispondenti wkoll sejrin jeħtieġu approċċi ta’ salvagwardji innovattivi u ġodda. 3.3.2. Protokoll Addizzjonali Il-Protokoll Addizzjonali għandu l-mira li jevita l-operazzjonijiet nukleari mhux iddikjarati. L-implimentazzjoni tiegħu tirrikjedi numru ta’ tekniki differenti minn (jew aktar evoluti minn) dawk użati fil-verifika tar-rendikont tal-materjal nukleari. Huwa mistenni aktar xogħol għall-iċċekkjar tal-kompletezza tad-dikjarazzjonijiet, li se jirrikjedi aktar R&Ż dwar metodi għall-qbid ta’ programmi klandestini, f’xi każijiet permezz tal-istess tekniki bħal tal-forensiċi nukleari. Sejrin ikunu meħtieġa sforzi maġġuri biex jittejbu l-metodi tal-analiżi tal-partikuli ta’ traċċa għall-verifika tal-attivitajiet dikjarati jew għall-kxif tal-attivitajiet mhux dikjarati. 3.3.3. Ġbir ta’ informazzjoni minn sorsi miftuħa dwar in-nonproliferazzjoni nukleari Bil-għan li jingħata appoġġ lis-servizzi tal-Kummissjoni u sabiex ikun hemm kollaborazzjoni mal-IAEA u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-JRC sejjer ikompli jiġbor u janalizza sistematikament l-informazzjoni minn diversi sorsi (l-Internet, letteratura speċjalizzata, bażijiet tad-dejta) dwar kwistjonijiet ta’ nonproliferazzjoni nukleari. Din l-informazzjoni sejra tintuża fil-produzzjoni ta’ rapporti dwar il-pajjiżi għall-kontroll mill-qrib dwar l-evoluzzjoni tal-attivitajiet nukleari u l-importazzjoni u/jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir u teknoloġija nukleari diretti u ta’ aktar minn użu wieħed f’pajjiżi magħżula. Barra minn hekk, il-JRC sejjer isegwi l-evoluzzjoni teknika tas-sistemi ta’ kontroll tal-esportazzjoni u sejjer jipprovdi appoġġ tekniku lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. 3.3.4 Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-materjali nukleari, inkluż l-analiżi forensika nukleari It-tħassib li jitnissel mit-traffikar illegali ta’ materjal nukleari u radjuattiv ieħor, ir-riskji tal-proliferazzjoni assoċjati miegħu u t-theddida ta’ terroriżmu nukleari jirrikjedi sett ta’ miżuri għall-indirizzar tal-prevenzjoni, il-kxif u r-rispons. Is-sigurtà nukleari qed tikseb attenzjoni akbar fil-livelli kollha, li tvarja minn inizjattivi internazzjonali (Inizjattiva Globali għal Ġlieda kontra t-Terroriżmu Nukleari, l-Inizjattiva għas-Sigurtà mill-Proliferazzjoni, l-UNSC 1540, u oħrajn) għal koperazzjoni multilaterali u żviluppi tekniċi. It-taħriġ tal-persunal huwa ta’ importanza ewlenija għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà nukleari. Il-JRC jikkondividi mal-Istati Membri u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali l-esperjenza u t-għarfien espert tiegħu fil-qasam nukleari b’mod ġenerali u fil-qasam tas-sigurtà nukleari b’mod partikolari. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu żviluppati jew imtejba programmi ta’ taħriġ differenti u jeħtieġ li jiġu prodotti u aġġornati l-moduli ta’ taħriġ assoċjati. Il-JRC sejjer jistabilixxi Ċentru Ewropew ta’ Taħriġ dwar is-Sigurtà, li inizjalment se jiffoka fuq is-sigurtà nukleari u radjuloġika. 4. ASPETTI ETIċI Matul l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku u fl-attivitajiet ta’ riċerka li jitnisslu minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu l-prinċipji stabiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u minħabba d-diversità tal-approċċi fl-Ewropa, il-parteċipanti fil-proġetti ta’ riċerka jridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regoli etiċi attwali fil-pajjiżi fejn tkun sejra titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor ma hija sejra tkun appoġġata mill-finanzjament tal-Euratom f’dak l-Istat Membru jew pajjiż. Meta jkun adattat, dawk li jwettqu l-proġetti ta’ riċerka jridu jiksbu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel il-bidu tal-attivitajiet. Analiżi etika sejra titwettaq ukoll b’mod sistematiku mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw il-kwistjonijiet etiċi sensittivi jew meta aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b’mod adegwat. F’każijiet speċifiċi, analiżi etika tista’ titwettaq matul l-implimentazzjoni ta’ proġett. B’segwitu għat-Trattat ta’ Lisbona, il-Komunità hija meħtieġa li tagħti attenzjoni sħiħa għar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali fil-formolazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, inkluża r-riċerka (id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE). DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam (oqsma) tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i) 1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata u impatt finanzjarju 1.7. Metodu(i) ta’ mmaniġjar previst(i) 2. MIŻURI TA’ MMANIĠJAR 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar 2.2. Immaniġjar u s-sistema tal-kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013) 1.2. Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB [10] 10 03 - Approprjazzjonijiet operazzjonali ta’ Riċerka ffinanzjata b’mod dirett - Euratom 10 03 01 - Azzjoni nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) 10 03 02 - Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi 10 01 – Nefqa amministrattiva tal-qasam ta’ politika “Riċerka Diretta” 10 01 05 - Nefqa tal-appoġġ għall-operazzjonijiet tal-qasam ta’ politika tar-Riċerka Diretta 10 01 05 01 - Nefqa relatata mal-persunal tar-riċerka 10 01 05 02 - Persunal estern għar-riċerka 10 01 05 03 - Nefqa oħra relatata mal-immaniġjar għar-Riċerka 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva ( Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida ( Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[11] X Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ( Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettiv(i) 1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva Il-Programm Speċifiku huwa wieħed mill-pedamenti tal-politika Ewropea għar-riċerka dwar l-enerġija u l-istrateġija UE 2020, speċjalment l-Unjoni Innovattiva. Il-Programm Speċifiku jappoġġa l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nukleari biex jindirizza l-isfidi ppreżentati mill-enerġija u t-tibdil fil-klima. Il-proposta attwali tindirizza l-perjodu 2012-13 fid-dettall, iżda l-attivitajiet jibqgħu konsistenti b’mod sħiħ mal-objettivi ewlenin għall-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam nukleari matul id-deċenju li jmiss kif stabilit fil-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET). 1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) ABM/ABB konċernata/i Il-mira kumplessiva tar-riċerka ffinanzjata b’mod dirett hija li tipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku mmexxi mill-klijent għall-politika tal-UE relatata mal-enerġija nukleari. B’mod partikolari, l-attivitajiet nukleari tal-JRC jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi ta’ R&Ż tat-Trattat tal-Euratom u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Istati Membri fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, l-immaniġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u r-radjuprotezzjoni. Biex tinkiseb din il-mira, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza jeħtieġ li jiġu aġġornati kontinwament, sabiex jipprovdu l-għarfien xjentifiku espert l-aktar modern meħtieġ fl-oqsma tas-sikurezza tar-reatturi nukleari u s-sigurtà nukleari. It-tħaddim u l-manutenzjoni b’mod sikur u affidabbli tal-istallazzjonijiet u l-laboratorji nukleari kollha li jinsabu fis-siti nukleari tal-JRC u l-immaniġjar relatata mal-iskart operattiv mill-użu tagħhom jibqgħu objettiv ta’ prijorità għolja. L-objettivi speċifiċi tal-JRC huma: - L-immaniġjar tal-iskart Nukleari u l-impatt ambjentali L-immaniġjar tal-iskart nukleari : tisħiħ tal-għarfien li huwa l-bażi tal-proċessi rilevanti matul il-ħżin xott ta’ fjuwil użat u fiż-żoni fil-qrib tar-repożitorji finali (mill-iskart/pakkett tal-iskart għall-ostakli ġeoloġiċi); fil-qasam tal-kompartimentalizzazzjoni u t-trasmutazzjoni, il-kontribuzzjoni għall-wiri ta’ proċessi effiċjenti u t-tħaddim sikur tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil u l-faċilitajiet tal-kompartimentalizzazzjoni fl-iskala ta’ laboratorju, fuq il-bażi ta’ tekniki milwiema u xotti. Riċerka bażika u applikazzjonijiet : jibqa’ fuq quddiem nett fil-qasam tal-fiżika u tal-kimika tal-aktinidi u tad-dejta ta’ referenza nukleari, bil-għan ewlieni li jipprovdi riżultati sperimentali tal-ogħla kwalità u li jiftaħ il-faċilitajiet tiegħu għax-xjenzati mill-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka; fil-qasam tad-dejta nukleari, il-produzzjoni ta’ dejta meħtieġa fuq livell internazzjonali u t-tħaddim sikur tal-aċċelleraturi Van de Graaff u GELINA; fil-qasam tal-applikazzjonijiet mediċi, appoġġ għall-iżvilupp tat-terapija ta’ (partikoli) alfa mmirata b’attenzjoni speċjali fuq l-alternattivi għall-produzzjoni tal-emitturi alfa u l-ittestjar radjubijoloġiku tal-bijomolekuli radjutikkettjati, għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-fattibilità tagħhom. Monitoraġġ tar-radjuattività fl-ambjent : żvilupp ta’ sistemi ta’ ħin reali għall-ġbir, il-validazzjoni, il-lokalizzazzjoni u r-rapportar fuq skala Ewropea ta’ informazzjoni dwar ir-radjuattività ambjentali; żvilupp ta’ tekniki analitiċi u l-produzzjoni tal-materjali ta’ referenza korrispondenti. - Is-Sikurezza Nukleari Is-sikurezza tar-reatturi nukleari : jinżammu l-kompetenzi fid-disinn u s-sikurezza nukleari operazzjonali għall-impjanti tal-enerġija nukleari ddisinjati mill-Punent u mir-Russi sabiex jingħata appoġġ tekniku prezzjuż lid-DĠ tal-Kummissjoni l-oħrajn li jfasslu l-politika fil-leġiżlazzjoni/proġetti/kwistjonijiet relatati mas-sikurezza nukleari u lill-korpi regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku tal-UE fl-interpretazzjoni u d-disseminazzjoni tal-avvenimenti li jseħħu fl-impjanti tal-enerġija nukleari. Is-sikurezza taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari fil-ġenerazzjoni preżenti tar-reatturi : żvilupp tax-xejriet taċ-ċiklu tal-fjuwil attwali u evoluzzjonarji u l-kunċetti għal fjuwils li joperaw fir-reatturi hekk imsejħa Ġen II u III disponibbli attwalment; l-evalwazzjoni tas-sikurezza tat-tubi tal-fjuwil matul it-tħaddim ġewwa r-reatturi permezz ta’ tekniki moderni ta’ kontroll wara l-irradjazzjoni; applikazzjonijiet ta’ mmodellar. It-tħaddim sikur ta’ sistemi nukleari avvanzati : appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-użu tal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP); koordinazzjoni akbar u mtejba tal-parteċipazzjoni tal-Euratom fil-GIF, waqt li jibqa’ kontributur maġġuri tal-Euratom fl-għarfien u l-bini tal-bażi tad-dejta tal-GIF fil-qasam tas-sikurezza tal-fjuwils avvanzati, valutazzjonijiet tas-sikurezza u l-kwalifikazzjoni ta’ materjali innovattivi. - Is-Salvagwardji Nukleari u s-Sigurtà Is-salvagwardji nukleari : żvilupp ta’ teknoloġiji ta’ verifika u detezzjoni, konteniment u sorveljanza, metodi ta’ kejl avvanzati u innovattivi għal materjali nukleari, il-produzzjoni tal-materjali ta’ referenza nukleari meħtieġa, l-organizzazzjoni ta’ tqabbil bejn il-laboratorji, u l-għoti ta’ taħriġ, b’mod partikolari għall-ispetturi tal-IAEA u tal-Kummissjoni; fir-rigward tal-“Protokoll Avvanzat”, it-tisħiħ tal-kapaċità għall-kxif ta’ attivitajiet nukleari mhux iddikjarati, it-titjib tal-metodi spettrometriċi għal riżoluzzjoni għolja, sensittività u affidabilità għolja. Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-materjali nukleari nkluż l-analiżi forensika : tikkonċerna l-istabiliment ta’ kunċett integrat ta’ sigurtà nukleari għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, u r-rispons għal xenarji ta’ attivitajiet mhux dikjarati, u tinkludi l-istabiliment u l-implimentazzjoni taċ-Ċentru Ewropew ta’ Taħriġ fis-Sigurtà fil-JRC. 1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt Il-programm tal-JRC sejjer jiffoka fuq ir-riċerka dwar l-immaniġjar tal-iskart, u s-sikurezza u s-sigurtà ta’ sistemi nukleari preżenti u avvanzati. Il-programm ta’ riċerka sejjer itejjeb l-għarfien xjentifiku f’dawn l-oqsma u sejjer jipprovdi appoġġ għall-alternattivi ta’ politika, li huma l-aktar sfidi importanti għall-iskjerament sikur u effiċjenti tal-enerġija nukleari fl-ambitu tat-taħlita tal-enerġija tas-seklu 21. Sejjer ikun meħtieġ l-għoti ta’ appoġġ għal riċerka bażika u orjentata xjentifikament biex jinżamm l-ogħla grad ta’ fehim rigward il-fenomeni ewlenin, u ser tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-għoti ta’ appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ xjenzati u inġiniera preżenti u futuri. 1.4.4 Indikaturi tar-riżultati u l-impatt Il-JRC daħħal fis-seħħ sistema ta’ attivitajiet ta’ appoġġ għall-evalwazzjonijiet, li jvarjaw minn kontrolli dwar l-ilħuq tal-objettivi u l-analiżi tal-attivitajiet kull sitt xhur mid-Diretturi, u l-Analiżi Perjodika tal-Azzjonijiet (PAR), li tivvaluta s-sett tal-proġetti ta’ riċerka tal-JRC (imsejħa “azzjonijiet”) skont it-termini tal-impatt ta’ politika u r-riżultati xjentifiċi miksuba, darba fis-sena permezz ta’ metodoloġija elaborata ibbażata fuq l-indikaturi. Fil-livell ta’ appoġġ tal-politika, il-JRC jistabilixxi n-numru ta’ eżiti (indikatur tal-produttività), u n-numru tal-okkorrenzi ta’ impatt tanġibbli fil-livell tal-fassala tal-politika permezz ta’ lista ta’ kriterji definiti minn qabel (indikatur tal-impatt). Il-prodott xjentifiku jitkejjel permezz tan-numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ artikoli f’ġurnali analizzati minn pari (indikatur tal-produttività), u n-numru ta’ pubblikazzjonijiet konġunti ma’ organizzazzjonijiet tar-riċerka esterni (għall-kejl tal-grad ta’ koperazzjoni ma’ istituti tal-ogħla klassi). Matul l-2011, il-JRC sejjer jiżviluppa wkoll sistema biex jivvaluta l-impatt tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tiegħu. Ir-riżultati u l-impatt tat-taħriġ u l-edukazzjoni sejrin jiġu vvalutati wkoll. 1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandu jiġi sodisfatt fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien L-attivitajiet nukleari tal-JRC jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) tat-Trattat Euratom u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Istati Membri fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, l-immaniġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u r-radjuprotezzjoni. Il-Programm Speċifiku propost sejjer jindirizza sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi differenti sabiex jiġu sodisfatti l-miri fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien tal-Pjan SET. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-evalwazzjoni ex ante . 1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE Il-valur miżjud tal-azzjonijiet tal-Euratom u b’mod partikolari l-involviment dirett tal-JRC fir-riċerka nukleari huwa marbut mal-effetti transkonfinali, l-ekonomiji ta’ skala, u jikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni ta’ investimenti nazzjonali mnaqqsa fir-riċerka. L-intervent fil-livell Ewropew huwa ġġustifikat fil-qasam nukleari. Xi attivitajiet tar-riċerka nukleari huma ta’ skala tali li ftit Stati Membri jistgħu jipprovdu r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġ. 1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat Fl-2010, bord ta’ livell għoli ta’ esperti rikonoxxuti fuq livell internazzjonali ppreżenta r-rapport tiegħu fuq l-‘Evalwazzjoni Interim tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Euratom (2007-2011) – Azzjonijiet Diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka’. L-esperti kitbu li “L-valutazzjoni kumplessiva tax-xogħol hija pożittiva, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni li ħafna mix-xogħol xjentifiku tal-JRC huwa ta’ standard għoli ħafna (fil-livell internazzjonali fl-ogħla livell)”. Barra minn hekk, il-“bord jirrakkomanda li l-JRC iseddaq it-trasparenza, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-governanza tal-attivitajiet nukleari tiegħu” u li “jiżviluppa ‘Viżjoni 2030 ambizzjuża’ u strateġija assoċjata għall-attivitajhiet nukleari tiegħu”. L-aspetti differenti ġew indirizzati fl-istrateġija JRC 2010-2020 u fl-adattament ta’ mmaniġjar tematiku tal-programm tax-xogħol. 1.5.4. Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħrajn L-attivitajiet ta’ R&Ż li għandhom jiġu appoġġati mill-Programm Speċifiku propost jinsabu fi ħdan il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET), li kien approvat mill-Kunsill Ewropew. 1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata - X Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [01/01]2012 sa [31/12]2013 - X Impatt finanzjarju mill-2012 sal-2016 (tmiem stmat tal-ħlasijiet għall-azzjonijiet tal-JRC) 1.7. Metodu/i ta’ mmaniġjar previst(i) X Immaniġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni 2. MIŻURI TA’ MMANIĠJAR 2.1. Regoli ta’ kontroll u rapportar Il-Kummissjoni sejra timmonitorja kontinwament u sistematikament l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru tal-Euratom u l-programmi speċifiċi tiegħu u sejra tirrapporta regolarment u tipprovdi r-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ. Wara li jitlesta l-Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu, il-Kummissjoni sejra tniedi, mhux aktar tard minn sentejn wara t-tlestija tiegħu (2015) evalwazzjoni esterna minn esperti indipendenti tal-ħsieb warajh, l-implimentazzjoni u l-kisbiet tiegħu. Il-JRC jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku lil utenti (prinċipalment tal-Kummissjoni) permezz ta’ Programm ta’ Ħidma b’madwar mitt azzjoni li minnhom madwar 25 % huma relatati mal-programm Euratom. Il-JRC jivvaluta l-produttività u l-impatt tal-azzjonijiet tiegħu kull sena, permezz ta’ metodoloġija ex post applikata fi proċess ta’ analiżi minn pari. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi jidħlu direttament fl-ippjanar għall-programm tax-xogħol tas-sena ta’ wara. L-indikaturi u l-kriterji użati f’din l-analiżi perjodika tal-azzjonijiet huma relatati direttament mar-riżultati tal-azzjonijiet u l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni korporattivi tal-JRC. Barra minn hekk, kull sena u wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni[12] rigward ir-riorganizzazzjoni tal-JRC u f’konformità mal-obbligi li jitnisslu mill-Programmi Speċifiċi (partijiet nukleari u mhux nukleari), il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC jimplimenta l-monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Programm tax-Xogħol tal-JRC bl-osservazzjonijiet tiegħu fir-rapport annwali tal-JRC. Konnessjoni xierqa mal-Monitoraġġ Annwali tal-Azzjonijiet Indiretti hija żgurata. 2.2. Immaniġjar u s-sistema tal-kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) F’konformità mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni, kull sena jitwettaq eżerċizzju ta’ analiżi tar-riskju biex ikunu identifikati r-riskji u jkunu indikati l-azzjonijiet korrettivi proposti. Ir-riskji identifikati, il-miżuri korrettivi u l-iskadenzi indikattivi jidħlu bħala parti mill-Pjan tal-immaniġjar tal-Kummissjoni. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i) Diversi metodi ta’ kontroll huma applikati kif kien il-każ matul is-7 Programm Kwadru tal-Euratom (2007-2011), inklużi miżuri ta’ kontroll ex ante u verifiki kull sentejn magħżula b’mod fortuwitu fil-qafas tal-iskema ta’ kontroll intern. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ ċertifikati ta’ awditjar u t-twettiq ta’ awditi esterni indipendenti regolari jgħinu biex ikun żgurat immaniġjar finanzjarju tajjeb, inklużi r-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet imwettqa. 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Sejrin ikomplu jittieħdu miżuri adatti biex ikunu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[13], ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[14] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[15]. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati - Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni | Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] | AD/AMD ([16]) | mill-pajjiżi tal- EFTA[17] | mill-pajjiżi kandidati[18] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | 1 a | 10 03 Riċerka ffinanzjata b’mod dirett – Euratom 10 03 01 Azzjoni nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) 10 03 02 Approprjazzjonijiet miżjuda minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi | AD | LE | IVA/LE* | IVA | IVA | 10 01 Nefqa amministrattiva tar-Riċerka Diretta 10 01 05 Nefqa ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet tal-qasam ta’ politika tar-Riċerka Diretta 10 01 05 01 Nefqa relatata mal-persunal tar-riċerka 10 01 05 02 Persunal estern għar-riċerka 10 01 05 03 Nefqa oħra relatata mal-immaniġjar għar-Riċerka | AMD | LE | IVA/LE* | IVA | LE | * għaddejjin diskussjonijiet mat-Turkija relatati mar-Riċerka Nukleari. - Linji baġitarji ġodda mitluba Mhux applikabbli 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 1 a | Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi | DĠ: JRC | Sena | Sena | Sena | TOTAL | ( Approprjazzjonijiet operazzjonali | 2012 | 2013 | ≥ 2014 | Numru tal-linja baġitarja: 10.03 | Impenji | (1) | 9.895 | 10.252 | 0 | 20.147 | Ħlasijiet | (2) | 4.650 | 8.972 | 6.525 | 20.147 | Numru tal-linja baġitarja: 10.03.01 | Impenji | (1) | 9.895 | 10.252 | 0 | 20.147 | Ħlasijiet | (2) | 4.650 | 8.972 | 6.525 | 20.147 | Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-allokazzjoni tal-programm speċifiku | Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05 | (3) | 104.648 | 108.421 | 0 | 213.069 | Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.01 | (3) | 57.444 | 59.515 | 116.959 | Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.02 | (3) | 10.577 | 10.958 | 21.536 | Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.03 | (3) | 36.627 | 37.948 | 74.574 | TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ JRC | Impenji | =1+1a +3 | 114.543 | 118.673 | 0 | 233.216 | Ħlasijiet | =2+2a+3 | 109.298 | 117.393 | 6.525 | 233.216 | ( TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali | Impenji | (4) | 9.895 | 10.252 | 0 | 20.147 | Ħlasijiet | (5) | 4.650 | 8.972 | 6.525 | 20.147 | ( TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-allokazzjoni tal-programm speċifiku | (6) | 104.648 | 108.421 | 0 | 213.069 | TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 a tal-qafas finanzjarju multiannwali | Impenji | =4+ 6 | 114.543 | 118.673 | 0 | 233.216 | Ħlasijiet | =5+ 6 | 109.298 | 117.393 | 6.525 | 233.216 | Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva: ( TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali | Impenji | (4) | Ħlasijiet | (5) | ( TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-allokazzjoni tal-programm speċifiku | (6) | TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) | Impenji | =4+ 6 | Ħlasijiet | =5+ 6 | Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 5 | " Nefqa amministrattiva " | Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali) DĠ: JRC | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL | ( Riżorsi umani | ( Nefqa amministrattiva oħra | TOTAL DĠ JRC | Approprjazzjonijiet | TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) | Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali) Sena 2012 | Sena 2013 | Sena ≥ 2014 | TOTAL | TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Impenji | 114.543 | 118.673 | 233.216 | Ħlasijiet | 109.298 | 117.393 | 6.525 | 233.216 | 3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali - ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali - X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet tal-impenji f’miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali) Indika l-objettivi u l-eżiti ( | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL | EŻITI | Tip ta’ eżitu | Kost medju tal-eżitut | Għadd ta’ eżiti | Kost | Għadd ta’ eżiti | Kost | Għadd ta’ eżiti | Kost totali | OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[19]… | KOST TOTALI | 9.895 | 10.252 | 20.147 | (*) għadd stmat ta’ eżiti (**) Il-kost ta’ kull eżitu huwa varjabbli ħafna. Pereżempju, eżitu ta’ rutina (pereżempju bulettin perjodiku tat-tbassir tal-għelejjel) mhuwiex komparabbli ma’ rapport finali ta’ studju kbir u potenzjalment għali, li għalih, ammont konsiderevoli ta’ krediti jista’ jkun li wassal għal dokument ta’ studju wieħed. It-tnejn huma rilevanti u utli iżda jservu finijiet differenti ħafna. Il-kost medju indikat huwa biss kalkolu matematiku li taqsam il-baġit bl-għadd stmat ta’ eżiti. 3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju - ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali - X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali) Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL | INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Riżorsi umani | Nefqa amministrattiva oħra | Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Riċerka Diretta | Riċerka Diretta | Riċerka Diretta | Riżorsi umani | 68.021 | 70.474 | 138.495 | Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva | 36.627 | 37.948 | 74.574 | Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | 104.648 | 108.421 | 213.069 | TOTAL | 104.648 | 108.421 | 213.069 | 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani - ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani - X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tkun imfissra f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn post deċimali wieħed) Sena 2012 | Sena 2013 | ( Karigi fil-pjan tal-istabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) | X 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċini tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) | XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) | 10 01 05 01 (Riċerka diretta) | 566 | 566 | ( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time - FTE)[20] | XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“allokazzjoni globali”) | XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) | XX 01 04 yy [21] | - fil-Kwartieri Ġenerali[22] | - fid-delegazzjonijiet (F4E) | XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) | 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) | 166 | 166 | Linji baġitarji oħra (speċifika) | TOTAL | 732 | 732 | XX hija l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġjar tal-azzjoni u/jew kienu ġew skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-immaniġjar taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji | Il-kompiti li jirriżultaw mill-programm speċifiku ta’ riċerka nukleari, b’mod partikolari relatati mal-immaniġjar tal-iskart nukleari, is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari u s-sigurtà. | Persunal estern | 3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali - X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. - ( Proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Mhux applikabbli - ( Proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[23]. Mhux applikabbli 3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament - Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi - X Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat ta’ hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali) Sena 2012 | Sena 2013 | Speċifika l-korp tal-kofinanzjament | Pajjiżi terzi assoċjati mal-programm | TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati | Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi sejrin jiżdiedu fi stadju aktar tard | 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul - ( Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul. - X Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: - ( fuq ir-riżorsi tagħha stess - X fuq id-dħul mixxellanju Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: | Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju baġitarju kontinwu | Impatt tal-proposta/inizjattiva[24] | Sena 2012 | Sena 2013 | Partita 6013 Partita 6031* | pm pm | pm pm | * għaddejjin diskussjonijiet mat-Turkija relatati mar-Riċerka Nukleari. Għal dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata. 10 03 02 - Approprjazzjonijiet miżjuda minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi Speċifika l-metodu għall-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul. Ċerti stati assoċjati jistgħu jikkontribwixxu għal finanzjament supplimentari tal-programm kwadru permezz ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni. [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Kwadru tal-Euratom (2006/970/EURATOM), ĠU L54, tat-22.2.2007, p. 21; id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku għal azzjonijiet indiretti (2006/976/Euratom), ĠU L54, 22.2.2007, p. 139; ir-Regolament tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni (1908/2006), ĠU L54, 22.2.2007, p. 4; id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku għal azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC (2006/977/Euratom), ĠU L54, 22.2.2007, p. 149. [2] Opinjoni mogħtija fil-xxx [3] ĠU C xxx [4] ĠU L xxx [5] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. [6] ĠU L 357, 31.12.2002, p.1. [7] ĠU L 312, 23.12.1995, p.1. [8] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [9] ĠU L 136, 31.5.1999, p.1. [10] ABM: Maniġjar Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Baġitjar Abbażi tal-Attivitajiet. [11] Kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [12] ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12- 96/282/Euratom. [13] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. [14] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [15] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [16] DA= Approprijazzjonijiet Differenzjati / DNA= Approprijazzjonijiet Mhux Differenzjati [17] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [18] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent. [19] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/ċi...” [20] CA= Aġent b’Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija (" Intérimaire") ; JED= " Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; [21] Taħt il-limitu massimu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement il-linji "BA"). [22] Essenzjali għall-Fondi Strutturali, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [23] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [24] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji tad-dwana, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti netti wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-kostijiet tal-ġbir.