Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0554

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur J-F. CORONA RAMÓN - ES) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Juan-Francisco Corona Ramón bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0343/2011 – 2011/0808(NLE))

ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 142–143 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/142


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur J-F. CORONA RAMÓN - ES)

P7_TA(2011)0554

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Juan-Francisco Corona Ramón bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0343/2011 – 2011/0808(NLE))

2013/C 168 E/28

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0343/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0422/2011),

A.

billi Juan-Francisco Corona Ramón jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta’ Juan-Francisco Corona Ramón bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-verifika tal-Istati Membri.


Top
  翻译: