Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0074

Fond Ewropew għas-Sajd ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (COM(2011)0484 – C7-0219/2011 – 2011/0212(COD))
P7_TC1-COD(2011)0212 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 14 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

ĠU C 251E, 31.8.2013, p. 124–124 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 251/124


L-Erbgħa 14 ta’ Marzu 2012
Fond Ewropew għas-Sajd ***I

P7_TA(2012)0074

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (COM(2011)0484 – C7-0219/2011 – 2011/0212(COD))

2013/C 251 E/29

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0484),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0219/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-3 ta' Frar 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0447/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 84.


L-Erbgħa 14 ta’ Marzu 2012
P7_TC1-COD(2011)0212

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 387/2012.)


Top
  翻译: