This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XC1221(03)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/206 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/206 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
ĠU C 396, 21.12.2012, p. 24–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/24 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/206 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 396/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSill (KE) Nru 510/2006
“ΜΕΣΣΑPA” (MESSARA)
Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0973-14.02.2012
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Μεσσαρά” (Messara)
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Il-Greċja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.5. |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:
Żejt taż-żebbuġa straverġni miksub minn proċessi mekkaniċi minn żebbuġ 100 % mill-varjetà Koroneiki. Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni “Messara” għandu dawn il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi mal-ibbottiljar:
|
Karatteristiċi fiżikokomiċi
|
|
Karatteristiċi organolettiċi:
|
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Il-materja prima użata fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa “Messara” hija ż-żebbuġ tal-varjetà Koroneiki (100 %).
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-produzzjoni, it-trasport, it-tindif u l-ipproċessar taż-żebbuġ, kif ukoll il-klassifikazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita tal-produzzjoni.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita:
Iż-żejt huwa prodott fir-reġjun tal-Messara, li jinsab fin-Nofsinhar il-Lbiċ tal-prefettura ta’ Heraklion, fin-Nofsinhar tal-muntanja Psiloriti, fit-Tramuntana tal-muntanja Kofina, u jestendi sal-kosta tal-Baħar Libjan. Fil-Lvant jestendi sal-fruntieri ġeografiċi tal-unità muniċipali ta' Asterousia, u fil-Punent jilħaq il-bajja ta' Messara mal-fruntieri tal-prefettura ta' Heraklion. Skont il-pjan ta' amministrazzjoni ta' Kallikratis, jinkludi l-muniċipalità kollha ta' Faistos, parti mill-muniċipalità ta' Gortina (l-unitajiet muniċipali kollha ta' Rouva, Gortina u Kofina) u parti mill-muniċipalità ta' Arhanes - Asterousia (l-unità muniċipali kollha ta’ Asterousia).
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi ta’ din iż-żona fin-naħa l-iktar fin-Nofsinhar tal-kontinent Ewropew fejn iż-żebbuġ jiġi kkultivat, mhumiex tas-soltu u joħolqu mikroklima partikulari għall-iżvilupp tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, li ma tinstab fl-ebda reġjun ieħor ta' Kreta jew tal-Greċja.
Iż-żona hija pjanura bl-għoljiet, b’altitudni medja ta’ 150 m. Il-ħamrija hija ta’ kompożizzjoni medja, u grassa. Hija ġibsija bi 30-50 % ta’ kontenut ta’ CaCO3, u għandha kontenut ta' materja organika baxx sa medju (0,8-12 %). Il-pH huwa bejn newtrali u kemxejn alkalin.
Il-klima hija sħuna u xotta, u mingħajr ġelu. L-aktar xahar kiesaħ huwa Jannar, b’temperaturi ta’ bejn 6,7 u 15,7 °C (il-medja 11,2 °C), waqt li l-aktar xahar sħun huwa Lulju, b’temperaturi ta’ bejn 20,3 u 33,1 °C (il-medja 28,5 °C). L-ogħla temperatura massima medja tiġi rreġistrata f’Lulju b’34 °C, u t-temperatura minima medja l-aktar baxxa tiġi rreġistrata f’Jannar b’6 °C. Il-mewġiet ta’ sħana huma okkorrenza regolari matul ix-xhur tas-sajf, b’temperaturi li jogħlew aktar minn 40 °C, u xi drabi jkunu akkumpanjati minn irjieħ xotti u sħan ħafna mill-Afrika. Jeżistu varjazzjonijiet sinifikanti matul il-jum u livelli għoljin ta’ dawl tax-xemx, b’aktar minn 150 jum ta’ dawl tax-xemx fis-sena. L-umdità relattiva medja fix-xahar tvarja minn 46,8 % (Lulju) għal 74 % (Jannar). Matul ix-xhur tax-xitwa, ix-xita medja hija madwar 100 mm, u kważi ma tinżilx xita matul ix-xhur tas-sajf. Ix-xita medja kull sena hija 534,9 mm. Konsegwentement, il-kultivazzjoni tal-varjetà Koroneiki għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa inkwistjoni hija meqjusa l-aktar waħda xierqa, minħabba li l-varjetà tagħha tista’ tilħaq il-potenzjal massimu tagħha fiż-żona ddefinita, bl-altitudni baxxa tagħha u n-nuqqas ta' ġelu.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Aroma taż-żebbuġ medja, b’togħma mħallta morra u punġenti, u togħma ibbilanċjata u armonjuża ta’ frott.
Iż-żejt taż-żebbuġa ta’ Messara għandu valur aċidiku baxx, li ma jaqbiżx iż-0,6. L-indiċi ta’ assorbiment partikolari tiegħu (Κ232 ≤ 1,80 u Κ270 ≤ 0,13) u l-varjazzjoni fil-koeffiċjent ta’ assorbiment (≤ – 0,001) jindika l-freskezza tal-prodott, filwaqt li l-valur baxx ta’ perossidu tiegħu (≤ 8,5) huwa relatat b’mod dirett mat-tolleranza għall-ħżin għolja tiegħu.
Il-kontenut ta’ kampesterol tiegħu huwa partikolarment għoli, jaqbeż it-3,8 % tal-isterol totali, għalkemm ma jaqbiżx il-limitu ta’ 4 %. Din hija karatteristika distintiva minħabba l-kundizzjonijiet partikolarment sħan u xotti taż-żona.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
It-taħlita ta’ ħamrija ġibsija li hija relattivament fqira fil-materja organika, u l-esponiment twil taż-żebbuġ għad-dawl tax-xemx, jikkontribwixxu għaż-żieda fil-konċentrazzjoni tal-kostitwenti aromatiċi. L-esponiment suffiċjenti taż-żoni bl-għoljiet għad-dawl tax-xemx huwa minħabba riljiev fl-art, fejn il-ġnub tal-għoljiet jinżlu progressivament sa jsiru pjanuri.
Barra minn hekk, il-produzzjoni bikrija ta' din il-varjetà tfisser li l-perjodi tal-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-frott jikkoinċidu mal-itwal esponiment għad-dawl tax-xemx, li jżid il-kostitwenti aromatiċi taż-żejt taż-żebbuġa. B’mod speċifiku, it-twarrid / twebbis bikri u bl-istess mod il-maturazzjoni bikrija huma sostnuti mill-kundizzjonijiet klimatiċi dominanti tal-perjodi inkwistjoni. It-temp kiesaħ u l-umdità relattiva baxxa (madwar 60 %) li jipprevalu fl-aħħar għoxrin ġurnata ta' April (madwar 18 °C) iwasslu għat-twarrid u jgħinu fid-dakkir tal-fjuri. It-temperaturi jibqgħu madwar 22 °C tul dan il-perjodu, u b’hekk jippermettu lill-frott joqgħod b’mod sodisfaċenti. Wieħed għandu jinnota li t-twarrid u t-twebbis bikrin huma fatturi deċisivi fl-iżvilupp tal-frott, u l-perjodi ta’ maturazzjoni jikkoinċidu mat-temp tajjeb tar-reġjun, billi t-temp imsaħħab huwa limitat għax-xhur tax-xitwa. Dan il-fatt, flimkien mar-riljiev tal-art li jippermeti lill-imsaġar taż-żebbuġ esponiment massimu għad-dawl tax-xemx, u l-immaniġġjar xieraq mill-produtturi u l-proċessuri matul il-kultivazzjoni, il-ħsad u l-ipproċessar taż-żebbuġ, jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ dan iż-żejt taż-żebbuġa straverġni speċjali.
Barra minn hekk, il-klima partikolarment sħuna u xotta taż-żona tillimita l-effetti tad-dubbiena taż-żebbuġ, u b’hekk jirriżulta prodott ta' kwalità għolja b’aċidità baxxa.
It-temperaturi għoljin ħafna li ta’ spiss ikunu rreġistrati fix-xhur tas-sajf iwasslu għal żejt taż-żebbuġa b’kontenut ta’ kampesterol għoli naturali, li hija karatteristika tar-reġjun. B’mod speċifiku, il-livelli ta’ kampesterol huma partikolarment għoljin minħabba t-temperaturi għoljin fit-tul irreġistrati f’Messara matul ix-xhur tas-sajf (li xi drabi jaqbżu l-40 °C) u l-istress tal-ilma mġarrab mis-siġar. Il-kontenut għoli ta’ aċidi grassi mhux saturati u rikki fin-nutrijenti huwa wkoll ikkawżat minn din il-partikolarità klimatika.
Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ hija marbuta mill-qrib mal-istorja u l-kultura ta' Kreta. L-ewwel preżenza vverifikata taż-żebbuġ fuq il-gżira teħodna lura għall-perjodu Neolitiku tan-Nofs (5400-4400 QK), u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mill-frotta beda matul l-istess perjodu. Matul il-perjodu Proto-Minowan (2800-2300 QK), foresti sħaħ tas-siġar taż-żebbuġ u siġar taż-żebbuġ slavaġ kibru, inkluża l-foresta Kapetaniana fil-pjanura ta' Messara. Il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ u l-prodotti tagħhom kienet marbuta mill-qrib man-nutrizzjoni, l-ekonomija, il-qima reliġjuż u l-kultura. Tajjeb li wieħed jinnota r-rabta bejn is-siġar taż-żebbuġ u l-prodotti taż-żebbuġ u r-ritwali reliġjużi. Oġġetti tal-artiġjanat mill-perjodu Minoan li għad għandna llum il-ġurnata, bħall-magħsar għamla ta' lanġasa jew ovali b'kanal madwarhom u seffud, li nstabu fi Faistos u Kommos, huma xhieda tal-eżistenza taż-żebbuġ minn dak il-perjodu.
Iż-żejt taż-żebbuġa “Messara” rebaħ żewġ premijiet bis-saħħa tal-kwalità fina tiegħu. Fil-kuntest tat-tieni Festival taż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ li kien organizzat f'Ateni mid-9 sal-11 ta' Mejju 2008 min-Netwerk tal-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (EDPA), iż-żejt taż-żebbuġa li kien qed jikkompeti mill-pjanura ta’ Messara, magħmul 100 % mill-varjetà Koroneiki u rappreżentat mill-Unjoni tal-Kooperattivi tal-Agrikoltura (EAS) ta' Messara, ingħata midalja tal-fidda mill-ġurija bis-saħħa tal-karatteristiċi ta’ kwalità tiegħu. Barra minn hekk, fil-kuntest tar-raba’ Festival taż-Żejt taż-Żebbuġa u taż-Żebbuġ li ġie organizzat f’Ateni mit-12 sal-14 ta’ Marzu 2010, fit-tieni Kompetizzjoni taż-Żejt taż-Żebbuġa Straverġni, iż-żejt taż-żebbuġa li kien qed jikkompeti minn Messara, irrappreżentat mill-EAS ta' Messara, rebaħ il-premju tal-bronż għat-togħma.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċfikazzjoni:
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/prodiagrafes_elaioladou_Messara.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.