This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AE4694
Opinion of the European Economic and Social Committee on the communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions — Research and innovation as sources of renewed growth (COM(2014) 339 final — SWD(2014) 181 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi tat-tkabbir imġedded” (COM(2014) 339 final – SWD(2014) 181 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi tat-tkabbir imġedded” (COM(2014) 339 final – SWD(2014) 181 final)
ĠU C 230, 14.7.2015, p. 59–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi tat-tkabbir imġedded”
(COM(2014) 339 final – SWD(2014) 181 final)
(2015/C 230/09)
Relatur: |
is-Sur WOLF |
Nhar l-10 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi tat-tkabbir imġedded
COM(2014) 339 final – SWD(2014) 181 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar id-19 ta’ Novembru 2014.
Matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 2014 (seduta tal-11 ta’ Diċembru 2014), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni unanimament.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Kumitat jilqa’ bis-sħiħ l-għan li tistabbilixxi l-Kummissjoni u l-miżuri li tipproponi biex jintlaħaq. L-implimentazzjoni tagħhom madankollu hija responsabbiltà u kompitu tal-Istati Membri. |
1.2. |
Fid-dawl tal-effett ta’ lieva limitat tal-Kummissjoni f’dan il-qasam ta’ politika fl-Istati Membri, il-Kumitat jappella għar-rieda tajba, attitudni kostruttiva u l-poter tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-partijiet interessati kollha biex din il-ħidma urġenti iżda diffiċli tingħata prijorità u ssir b’mod konsistenti li ma jirriżultax f’mekkaniżmi burokratiċi addizzjonali. |
1.3. |
Fil-fehma tal-Kumitat dawn il-kompiti huma prijorità:
|
1.4. |
Għal iktar dettalji l-Kumitat jirreferi għas-sezzjonijiet segwenti. |
2. Kontenut tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
2.1. |
Din il-Komunikazzjoni tindirizza l-isforzi favur il-ksib ta’ żieda konsiderevoli fil-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), li huma muturi ewlenin ta’ tkabbir imġedded. Din iż-żieda għandha sseħħ permezz ta’ titjib fil-kwalità tal-investiment meħtieġ fi ħdan l-istrateġiji ta’ konsolidazzjoni fiskali favur it-tkabbir tal-Istati Membri. |
2.2. |
Il-Kummissjoni tipproponi:
|
2.3. |
Il-Kummissjoni ser tappoġġja lill-Istati Membri f’dan kollu u ser tibbaża fuq l-esperjenza tal-inizjattiva ewlenija (1) tal-Unjoni ta’ Innovazzjoni u ż-Żona Ewropea ta’ Riċerka. |
2.4. |
Barra minn hekk huwa indispensabbli t-tisħiħ, fl-aktar sens wiesa’, tal-ekosistema tal-innovazzjoni u l-ħolqien tal-kundizzjonijiet qafas adatti għall-intrapriżi Ewropej. |
2.5. |
Mill-bidu tal-Unjoni ta’ Innovazzjoni s’issa sar progress evidenti. Madanakollu hemm bżonn ta’ iktar sforzi sabiex:
|
2.6. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill jiddiskuti din it-tema abbażi tal-Komunikazzjoni u l-proposti tagħha. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Ir-riċerka u l-innovazzjoni, marbuta mal-proċess storiku tal-Illuminiżmu (2), ġabu magħhom fi żmien qasir l-ikbar żieda li qatt kien hemm fl-għarfien, is-saħħa, il-ħiliet tekniċi u l-prosperità; huma l-mutur tat-tkabbir ekonomiku u l-progress soċjali tal-ġejjieni. |
3.2. |
Dan jagħrfuh ukoll pajjiżi barra mill-Ewropa u jispjega ż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali għall-għarfien u l-innovazzjoni. B’mod partikolari fl-Asja qed jinbnew ċentri kbar tat-teknoloġija u l-għarfien u n-nefqa għar-riċerka u l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni qed ikomplu jissaħħu b’rata dinamika. |
3.3. |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-għan dikjarat fil-Komunikazzjoni u l-miżuri proposti biex jintlaħaq; dawn huma konformi mar-rakkomandazzjonijiet li spiss għamel il-Kumitat fil-passat (3). |
3.4. |
L-infurzar tal-miżuri proposti u r-riżorsi disponibbli għal dan huma għalhekk kwistjonijiet urġenti. Kif tirrimarka sew il-Kummissjoni, il-biċċa l-kbira tal-problemi u l-ħidma involuta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. |
3.5. |
Min-naħa tagħha, sabiex tiffinanzja u taġixxi b’mod immirat fuq il-politika tar-R&I tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha primarjament il-programm ORIZZONT 2020. Kif qal kemm-il darba l-Kumitat, dawn ir-riżorsi jista’ jkollhom biss effett ta’ lieva limitat. |
3.6. |
Il-Kumitat jappella għalhekk għar-rieda tajba, attitudni kostruttiva u l-poter tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-partijiet interessati kollha biex din il-ħidma urġenti tingħata prijorità u ssir b’mod konsistenti u gradwali, u ma tirriżultax f’mekkaniżmi burokratiċi addizzjonali. |
3.7. |
Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri kollha tal-Ewropa jkomplu jinġiebu ‘l quddiem. L-għan speċifiku huwa l-bini u t-tisħiħ ta’ kapaċitajiet fir-riċerka u l-iżvilupp u ta’ ċentri ta’ innovazzjoni moderni u eċċellenti fl-Istati Membri kollha b’mod partikolari dawk li huma inqas avvanzati fil-qasam, u li l-istudji u l-faċilitajiet universitarji jiġu allinjati ma’ dan l-għan. L-Ewropa tirrikjedi universitajiet ta’ klassi dinjija. Għalhekk l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka, bħala sorsi ta’ persuni innovattivi u ideat, għandhom jingħataw appoġġ prijoritarju. |
3.8. |
Dan jitlob qabel kollox riformi strutturali korrispondenti (inkluż valutazzjoni internazzjonali tal-kwalità) u li l-flus mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE jiġu allokati u użati għal dawn il-kompiti b’mod immirat; dan għandu jintalab u jiġi segwit mill-Kummissjoni. B’hekk jinħolqu sinerġiji u jonqsu d-distakki fil-qasam tal-innovazzjoni fl-Ewropa. |
3.9. |
Fejn ma hemmx sistema moderna u effettiva tax-xjenza u r-riċerka, jeħtieġ li din tinbena abbażi tal-qsim tal-esperjenza u t-tagħlim mill-aħjar prattika. Dan ifisser li għandhom jinħatru provvedituri eċċellenti u esperjenzati u jingħataw awtonomija u libertà ta’ azzjoni u għandhom jitqiegħdu biżżejjed finanzi affidabbli għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-kunċett ta’ “twinning of excellence”, fejn ir-ragruppamenti eżistenti ta’ eċċellenza jaġixxu bħala msieħba, jista’ jaqdi rwol partikolari f’dan ir-rigward. |
3.9.1. |
Il-Kumitat madankollu jwissi kontra l-istandardizzazzjoni eċċessiva u t-telf ta’ kompetizzjoni sistemika li ġġib magħha bħala bażi neċessarja għall-innovazzjonijiet tal-ġejjieni. Huwa jwissi wkoll kontra kriterji ta’ valutazzjoni formali żżejjed. Mill-banda l-oħra, evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari hija l-aqwa strument disponibbli u essenzjali għall-valutazzjoni u l-garanzija tal-kwalità li hemm bżonn għar-R&Ż fl-Ewropa minkejja d-dgħufijiet potenzjali fil-valutazzjoni ta’ ideat iktar revoluzzjonarji. |
3.10. |
Iż-żmien bejn meta jkun sar investiment fir-R&I u meta dan jirriżulta f’innovazzjonijiet vijabbli huwa twil wisq u diffiċli li tiġi antiċipata u identifikata rabta kawżali. |
3.11. |
Madankollu ilu ċar li l-prestazzjoni ekonomika u l-prosperità ta’ pajjiż, fejn din mhix ibbażata primarjament fuq aċċess għar-riżorsi naturali, hija marbuta bis-sħiħ ma’ investiment fir-R&I u l-kapaċità innovattiva li tirriżulta. |
3.12. |
F’dan il-kuntest għalhekk l-Ewropa tirrikjedi żona komuni ta’ riċerka miftuħa u effiċjenti li tiġbed lill-aqwa talent fid-dinja, li fuqha tibni l-politika tal-immigrazzjoni tagħha u fejn is-sistemi xjentifiċi nazzjonali kostitwenti jikkooperaw fil-livell Ewropew b’mod iktar effettiv u jkunu marbuta aħjar mal-aqwa istituzzjonijiet internazzjonali ta’ suċċess. |
3.13. |
Bl-istess mod, l-Ewropa għandha bżonn miżuri ta’ politika kif ukoll klima soċjali li tippromovi, tilqa’ u tippremja l-innovazzjoni u toħloq il-kundizzjonijiet għal intraprenditorija impenjata. Dan jirrikjedi fost affarijiet oħra li jiġu identifikati, evalwati u fejn ikun hemm bżonn mitigati jew eliminati l-ostakli amministrattivi, ekonomoċi u soċjali u b’hekk tittejjeb u tissaħħaħ is-sistema sħiħa tal-innovazzjoni. |
3.14. |
Dan ser jirrikjedi politika tar-R&I fl-Istati Membri kollha tal-UE li torbot l-attivitajiet nazzjonali ma’ inizjattivi Ewropej u internazzjonali u toħloq kollaborazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, ix-xjenza, in-negozju u s-soċjetà ċivili inkluż fil-livell Ewropew u fl-istess ħin tkun marbuta ma’ inizjattivi lokali u reġjonali wkoll. |
3.15. |
Għaliex, flimkien ma’ R&I finanzjati b’mod pubbliku, huma l-intrapriżi nnifishom li jinvestu ħafna fir-R&Ż li jaraw suċċess fis-suq permezz ta’ prodotti, servizzi u proċessi ġodda. Dawn l-intrapriżi, inkluż intrapriżi fl-ekonomija soċjali, jagħtu kontribut sostanzjali sabiex jiżguraw il-pożizzjoni tal-Ewropa fis-swieq globali permezz tal-innovazzjoni u l-ħolqien u ż-żamma tax-xogħol fl-Ewropa. |
3.16. |
Sfortunatament, dan ma jgħoddx għall-intrapriżi l-kbar kollha. Raġuni waħda tista’ tkun l-averżjoni sistematika tat-tmexxija lejn ir-riskji tas-suq marbuta ma’ dawk li jissejħu “disruptive technologies” (4). L-ajruplan ma ħolquhx jew żviluppawh l-industriji marittimi jew ferrovjarji u l-innovazzjonijiet tal-Microsoft u l-Apple mhumiex frott il-ħidma tal-kumpaniji tat-tagħmir tal-elettriku u/jew elettroniku li kienu jiddominaw is-suq. |
3.17. |
L-ideat il-ġodda ħafna drabi jiġu minn persuni intraprenditorjali u gruppi interdixxiplinarji jew saħanistra minn partijiet esterni jew finanzjati minnhom. L-SMEs, l-intrapriżi li jkunu għadhom kemm jiftħu u l-intrapriżi fl-ekonomija soċjali għandhom għalhekk rwol importanti x’jaqdu. Il-promozzjoni u l-ħarsien tagħhom għandu jkun pilastru ewlieni ta’ kwalunkwe politika effettiva tal-innovazzjoni. |
3.18. |
Kif ġie diskuss fid-dettall fl-Opinjoni dwar l-Unjoni ta’ Innovazzjoni (5), jeżisti potenzjal kbir ta’ innovazzjoni fil-firxa sħiħa ta’ interazzjonijiet u organizzazzjonijiet umani, inklużi l-intrapriżi fl-ekonomija soċjali. Dan jinkludi l-qasam sħiħ tal-attivitajiet xjentifiċi, ekonomiċi u soċjali hekk kif intqal qabel. Fl-istess waqt l-innovazzjonijiet mhux bilfors jiġu mir-R&Ż sistematiċi tal-prodott, iżda jistgħu jiżviluppaw minn ħidma fil-post u l-esperjenza miksuba. Dawn jinkludu:
Il-Kumitat jisħaq mill-ġdid (6) fuq l-appoġġ tiegħu tal-għan tal-Kummissjoni li tippromovi kemm tista’ dawn l-innovazzjonijiet. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. |
Il-Kumitat ifakkar li filwaqt li jeżistu rabtiet reċiproċi bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, dawn għandhom karatteristiċi differenti u jifjorixxu taħt kundizzjonijiet differenti wkoll (7). Għalhekk importanti li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ ħidma differenti tat-tnejn iżda anki li jinstabu rabtiet bejniethom. |
4.2. |
Fir-rigward tal-użu tal-fondi pubbliċi, jiġifieri dħul mit-taxxi fuq iċ-ċittadini u l-ekonomija u li ġejjin minn proċessi demokratiċi, il-Kumitat reċentement iċċara (8) li kwalunkwe appoġġ mill-Kummissjoni (li fuq kollox ġej minn fondi pubbliċi) għandu jiffoka fuq il-kompiti li inqas probabbli li jiġu finanzjati mill-fondi privati. Dan jista’ jkun minħabba r-raġunijiet tipiċi li ġejjin:
|
4.3. |
Fir-rigward tal-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp, il-fehma tal-Kumitat fil-qosor hija din. Hija għandha:
|
4.3.1. |
Il-KtR jtenni s-sejħiet (10) tiegħu li jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-riskji u l-iżvantaġġi soċjali tar-riċerkaturi li ġejjin mill-mobbiltà transnazjonali meħtieġa u mixtieqa u n-nuqqas ta’ impjiegi stabbli. F’dan ir-rigwrd jilqa’ l-inizjattiva reċenti (RESAVER) tal-Kummissjoni (11) li tiffaċilita l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-Ewropa permezz ta’ skema ta’ pensjoni ġdida u pan-Ewropea. Din għandha tipprovdi lir-riċerkaturi bl-opportunità li jagħżlu bejn Stat Membru u ieħor mingħajr biża’ li ser jitilfu d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom. Il-Kumitat iqis li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba mingħajr ma jinsab fil-qagħda li jevalwa kemm huwa adatt l-approċċ li ntgħażel. |
4.3.2. |
F’din l-Opinjoni l-Kumitat ma jidħolx fit-temi speċifiċi ta’ riċerka billi dawn diġà ddiskutihom fid-dettall fl-Opinjoni tiegħu dwar il-programm Orizzont 2020 Huwa jirrepeti mill-ġdid li l-għanijiet tal-programmi tal-Istati Membri jirrikjedu l-effett ta’ lieva. |
4.4. |
Fir-rigward tal-promozzjoni tal-innovazzjonijiet il-fehma tal-Kumitat fil-qosor hija din. Ġeneralment l-innovazzjoni tirriżulta:
|
4.5. |
Ħafna drabi huwa permezz tal-bini ta’ intrapriżi ġodda li l-ideat isiru innovazzjonijiet u prodotti innovattivi. Waħda mill-iktar miżuri politiċi importanti tal-promozzjoni tal-innovazzjoni hija li tappoġġja u tiffaċilita l-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda u li tiżgura s-sopravivenza tagħhom matul l-ewwel ħames jew għaxar snin kritiċi tal-proġett. |
4.6. |
Minkejja li fil-passat l-innovazzjoni dejjem qdiet lis-soċjetà u b’hekk tat kontribut konsiderevoli lill-prosperità u l-kompetittività, xi drabi xorta tiffaċċja ostakli soċjali u ekonomiċi kbar. Għall-intrapriżi, il-kummerċ, is-soċjetà u dawk li jfasslu l-politika, il-ġdid ħafna drabi jirrappreżenta theddida. |
4.7. |
L-innovazzjonijiet jistgħu fil-fatt jiġġeneraw tibdil ekonomiku jew soċjali f’fergħat jew intrapriżi speċifiċi billi jew jeliminaw l-impjiegi jew idgħajfu l-klassijiet soċjali dominanti u wara żmien twil biss jagħtu xhieda tal-potenzjal utli u produttiv tagħhom għas-soċjetà. Eżempji jinkludu n-newl mekkaniku, l-introduzzjoni tas-sħubija soċjali, l-inġinerija ġenetika, Google, Amazon jew l-introduzzjoni ta’ tekniki tal-użu tal-enerġiji rinnovabbli. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-adattament tas-soċjetà u l-ekonomija (ċikli ta’ amortizzazzjoni) tista’ tbati taħt tibdil rapidu u innovattiv iżżejjed. |
4.8. |
It-tħassib li rriżulta minn dan fost gruppi soċjali individwali wassal lill-Kummissjoni biex tintroduċi l-kunċett tar-riċerka u l-innovazzjoni (13) responsabbli. (14) Madanakollu fid-dawl tal-kisbiet ewlenin tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala mutur u l-bażi tal-istandards tal-ħajja u x-xjenza tal-llum, u bħala l-bażi essenzjali għall-proċess storiku tar-raġuni li twieldu minnu kunċetti u ideat prinċipali relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-qsim tas-setgħat tal-istat, il-Kumitat iqis li l-kunċett huwa żbaljat u unilaterali. Huwa jirrakkomanda għalhekk riflessjoni dwar l-impatt tiegħu fuq il-valur li tagħti s-soċjetà lir-riċerka u l-innovazzjoni. |
4.8.1. |
Naturalment ir-riċerka u l-innovazzjoni jridu jsegwu l-liġijiet li jeżistu u l-prinċipji etiċi. |
4.8.2. |
Dan jgħodd madanakollu wkoll għal kull attività soċjali kemm jekk tolqot il-mediċina, il-kummerċ, il-ġurnaliżmu, it-tfassil tal-liġi, il-politika u l-qrati. Il-Kumitat għalhekk ma jqisx li huwa adatt li l-kunċett ta’ responsabbiltà jiġi assoċjat esklużivament u b’mod espliċitu mar-R&I. |
4.9. |
Barra dawn l-ostakli aktar fundamentali, il-ħtieġa li jiġu rispettati l-ammont kbir ta’ regoli frammentati ħafna madwar l-Ewropa u l-kwistjoni kritika tal-finanzjament jirrappreżentaw l-akbar sors ta’ diffikultà għall-intrapriżi innovattivi li jkunu għadhom kemm jiftħu. |
4.9.1. |
Il-Kumitat jirrepeti għalhekk ir-rakkomandazzjoni tiegħu (15) li l-intrapriżi li għadhom kemm jiftħu u li huma iżgħar minn daqs speċifiku stipulat igawdu minn perjodu ta’ eżenzjoni u flessibbiltà għal ċertu tul ta’ żmien. Dan jista’ jsir permezz ta’ klawżola ta’ eżenzjoni li matul dan iż-żmien teħles lil dawn l-intrapriżi mill-biċċa l-kbira ta’ kwalunkwe tip ta’ regoli amministrattivi u rekwiżiti stabbiliti sabiex l-ewwel jingħata ċans il-potenzjal ta’ suċċess ekonomiku u tekniku tagħhom. |
4.10. |
Kif saħaq f’Opinjonijiet oħra li jirreferi għalihom b’rabta ma’ rakkomandazzjonijiet dettaljati oħra dwar pereżempju l-innovazzjoni soċjali, il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-għan tal-Kummissjoni tat-“tisħiħ tal-ekosistema tal-innovazzjoni usa’ u l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta’ qafas tajbin li jistimolaw il-kumpaniji tal-Ewropa biex jinnovaw”. Dan ifisser b’mod partikolari l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-innovazzjoni. |
4.10.1. |
Ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet tekniċi dettaljati żżejjed jistgħu joħonqu u jostakolaw l-innovazzjoni. Dan għandu jitqies pereżempju fid-dawl tar-rekwiżiti dettaljati żżejjed tal-inizjattiva tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Kummissjoni. |
4.10.2. |
Dawn l-isforzi għandu jkollhom l-għan li jiżguraw bl-aħjar mod possibbli u b’mod sostenibbli l-prosperità, is-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini u l-konsumaturi anke fil-futur. |
4.10.3. |
Għandhom jintużaw ukoll eżempji mill-passat biex jiġi evalwat jekk interpretazzjoni stretta żżejjed tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, pereżempju fejn jidħlu l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-iżvilupp ta’ proċeduri mediċi ġodda, tolqotx il-kuraġġ li jinstabu soluzzjonijiet ġodda u effettivi. |
4.11. |
Fil-fehma tal-Kumitat, minkejja s-suċċess evidenti Ewropew fir-R&Ż u f’bosta oqsma tal-ekonomija, dan ma jirrikjedix biss it-tkomplija tas-suq intern u taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, iżda anki l-analiżi ta’ raġunijiet iktar fundamentali għan-nuqqas ta’ klima li tiffavorixxi l-innovazzjoni fl-Ewropa meta mqabbla pereżempju mal-Istati Uniti jew ċerti partijiet tal-Asja. Għalfejn kumpaniji bħal Google, Microsoft, Facebook jew Monsanto mhumiex kumpaniji Ewropej? Jew għalfejn ma ħriġniex b’Google jew Monsanto “aħjar” li jirrispondu aħjar għat-tħassib taċ-ċittadini u li kibru taħt l-influwenza tal-politika Ewropea? |
4.12. |
Hemm bżonn ta’ bidla fundamentali fl-attitudni soċjali sabiex l-innovazzjonijiet ma jitqisux l-ewwel bħala riskju jew theddida, iżda bħala opportunità ta’ progress u ta’ iktar impjiegi u opportunità għall-ekonomija u l-kompetittività tal-Ewropa u għat-tfassil tal-mudell soċjali Ewropew. Neħtieġu bilanċ ġdid, bilanċ aħjar bejn il-kawtela u r-riskju, bejn riskji żgħar u perikli kbar, bejn ir-regolazzjoni u l-flessibbiltà. |
Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2010) 546 final.
(2) Science as Public Culture – Jan Golinski – Cambridge University Press.
(3) Pereżempju ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39, ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111, ĠU C 44, 15.2.2013, p. 88, ĠU C 76, 14.3.2013, p. 31, ĠU C 76, 14.3.2013, p. 43, ĠU C 341, 21.11.2013, p. 35, ĠU C 67, 6.3.2014, p. 132.
(4) Ara Clayton M. Christensen, The Innovator's Dilemma, Harper Business.
(5) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.
(6) Nota 3 f’qiegħ il-paġna.
(7) ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8.
(8) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 132.
(9) Ara ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8.
(10) Ara ĠU C 11, 30.4.2004, p. 3 u ĠU C 76, 14.3.2013, p. 31.
(11) Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni, 1 ta’ Ottubru 2014.
(12) http://home.web.cern.ch/topics/birth-web
(13) COM: Towards Responsible Research and Innovation in the Information and Communication Technologies and Security Technologies Fields – ISBN 978-92-79-20404-3.
(14) Pereżempju www.consider-project.eu
(15) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.