This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015AP0202
European Parliament legislative resolution of 20 May 2015 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a regulation of the European Parliament and of the Council on information accompanying transfers of funds and repealing Regulation (EC) No 1781/2006 (05932/2/2015 — C8-0108/2015 — 2013/0024(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 – C8-0108/2015 – 2013/0024(COD))

ĠU C 353, 27.9.2016, p. 171–171
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 353/171 |
P8_TA(2015)0202
L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 – C8-0108/2015 – 2013/0024(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2016/C 353/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05932/2/2015 – C8-0108/2015), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0044), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2015), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(3) Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0190.