Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0325

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern

COM/2015/0325 final - 2015/0142 (NLE)

Brussell, 6.7.2015

COM(2015) 325 final

2015/0142(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Fis-7 ta' Jannar 2002, ir-Repubblika tal-Moldova applikat biex taderixxi mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-GPA”). Fis-16 ta’ Jannar 2014 u fl-24 ta’ Ġunju 2014 hija ppreżentat offerti ta’ kopertura riveduti fit-13 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, innegozjat serje ta’ impenji għall-ftuħ tas-suq min-naħa tar-Repubblika tal-Moldova kemm f’format bilaterali kif ukoll fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi tad-WTO (“il-Kumitat GPA”).

Ir-Repubblika tal-Moldova sussegwentement ippreżentat offerta finali lill-Kumitat tal-GPA fis-27 ta’ Mejju 2015. Sommarju tal-offerta finali tar-Repubblika tal-Moldova u l-valutazzjoni tagħha mill-Kummissjoni huma mogħtija hawn taħt.

Id-deċiżjoni tippermetti lill-Kummissjoni li tesprimi l-fehma tal-Unjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-Kumitat tal-GPA.

Il-konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti f’dak il-qasam ta’ politika

Din hija l-proċedura standard segwita meta l-Kummissjoni jkun jeħtiġilha tesprimi l-opinjoni tal-Unjoni dwar l-adeżjoni tal-Unjoni ta’ pajjiż terz fi ħdan il-Kumitat tal-GPA.

Konsistenza mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni

Mhux rilevanti.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li meta deċiżjoni li għandha effett legali teħtieġ li tittieħed f’korp imwaqqaf minn ftehim internazzjonali, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Kumitat GPA li se jistabbilixxi t-termini ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova taqa' taħt l-Artikolu 218(9) tat-TFUE hekk kif id-deċiżjoni tittieħed f'korp imwaqqaf bi ftehim internazzjonali u se jkollha effetti legali.

Sussidjarjetà (għal kompetenzi mhux esklussivi)

L-UE għandha kompetenza esklussiva fi kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni tista’ tiżgura l-aqwa ingranaġġ għall-pajjiżi terzi.

Proporzjonalità

Mhux rilevanti.

Għażla tal-istrument

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li meta deċiżjoni li għandha effett legali teħtieġ li tittieħed f’korp imwaqqaf minn ftehim internazzjonali, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/verifiki tal-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux rilevanti.

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Mhux rilevanti.

Ġbir u użu ta' għarfien espert

Mhux rilevanti.

Valutazzjoni tal-impatt

L-adeżjoni ta’ pajjiż terz għal ftehim internazzjonali li fih l-Unjoni hija parti ma teħtieġx valutazzjoni tal-impatt.

Idoneità regulatorja u simplifikazzjoni

Mhux rilevanti.

Drittijiet fondamentali

Mhux rilevanti.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Le.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ, arranġamenti ta’ evalwazzjoni u rappurtar

Mhux rilevanti.

Dokumenti ta' spjegazzjoni (għal direttivi)

Mhux rilevanti.

Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposti

L-offerta finali tar-Repubblika tal-Moldova

Impenji għall-aċċess għas-suq (entitajiet koperti, prodotti, servizzi u servizzi tal-kostruzzjoni)

Limiti Stabbiliti

Il-limiti tal-Annessi differenti offruti mir-Repubblika tal-Moldova jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti standard applikati minn Partijiet tal-GPA. Madankollu, ir-Repubblika tal-Moldova tipprevedi perjodu tranżitorju ta’ sentejn għal-limiti stabbiliti applikati għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi minn entitajiet koperti taħt l-Annessi 1 sa 3, permezz ta’ noti ta’ qiegħ il-paġna.

Entitajiet

Fl-Anness 1 (“entitajiet tal-gvern ċentrali”) ir-Repubblika tal-Moldova tipprovdi lista eżawrjenti tal-entitajiet tal-gvern ċentrali li l-akkwist tagħhom huwa miftuħ għal Partijiet tal-GPA. L-ebda noti huma inklużi f’dan l-Anness. Il-limiti stabbiliti fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi għall-ewwel sena wara l-adeżjoni huma stabbiliti għal 300 000 SDR, għat-tieni sena - 200 000 SDR.

Fl-Anness 2 (“entitajiet tal-gvern subċentrali”) ir-Repubblika tal-Moldova tinkludi lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kontraenti lokali kif definit mil-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika Lokali Nru 436-XVI tat-28 ta’ Diċembru 2006. F’nota f’dan l-Anness, ir-Repubblika tal-Moldova tispeċifika li dawk l-entitajiet jinkludu l-korpi u organizzazzjonijiet subordinati tagħhom li huma taħt superviżjoni jew kontroll ta’ dawn l-awtoritajiet. Il-limiti stabbiliti fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi għall-ewwel sena wara l-adeżjoni huma stabbiliti għal 400 000 SDR, għat-tieni sena - 300 000 SDR.

Fl-Anness 3 (“entitajiet oħra”), ir-Repubblika tal-Moldova tagħti lill-Partijiet tal-GPA l-aċċess għall-akkwist tal-entitajiet legali kollha (awtoritajiet, stabbilimenti u fondazzjonijiet) irregolati mil-liġi pubblika u li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali, li l-akkwist tagħhom huwa kopert mil-liġi dwar l-akkwist pubbliku Nru 96-XVI tat-13 ta’ April 2007. Dan jinkludi lista indikattiva ta’ entitajiet bħal dawn.

Barra minn hekk, fl-Anness 3, ir-Repubblika tal-Moldova toffri lill-persuni ġuridiċi kollha, kif speċifikat taħt il-liġi nazzjonali, li joperaw f’setturi ta’ utilitajiet bħal produzzjoni, trasport jew distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb, elettriku u/jew enerġija termali, faċilitajiet tal-port jew faċilitajiet oħra ta’ terminals, faċilitajiet tal-ajruport, trasport urban u trasport ferrovjarju. Hija inkluża lista indikattiva ta’ entitajiet. M’hemm l-ebda riżerva speċifikata f’dan l-Anness.

Il-limiti stabbiliti fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi għall-ewwel sena wara l-adeżjoni huma stabbiliti għal 600 000 SDR, għat-tieni sena - 500 000 SDR.

Oġġetti

L-oġġetti elenkati mir-Repubblika tal-Moldova huma kważi identiċi għal dawk mogħtija mill-UE. B’mod partikolari, fl-Anness 4 ir-Repubblika tal-Moldova tinkludi wkoll il-Kapitolu 36, 72, 88 u 97 fl-SA. Madankollu, ir-Repubblika tal-Moldova teskludi l-pożizzjonijiet 65.05, 82.08, 89.03.

Fil-modifiki sussegwenti tal-offerta finali tagħha, kif ikkomunikat fis-27 ta’ Mejju 2015, ir-Repubblika tal-Moldova żiedet ukoll il-Kapitolu 85 SA għajr għall-pożizzjonijiet 85.03, 85.13 u 85.15 mal-lista tal-kategoriji ta' oġġetti u tagħmir koperti għall-Ministeru tad-Difiża.

Servizzi

Ir-Repubblika tal-Moldova tipprevedi lista ta’ servizzi li hija ikbar minn dik tal-UE. Madankollu, nota ta’ reċiproċità taħt l-Anness tistipula li dawn is-servizzi huma koperti fir-rigward ta’ Parti partikolari biss sa fejn dik il-Parti tkun inkludiet dawn is-servizzi fl-Anness 5 tagħha.

Servizzi ta’ kostruzzjoni

Fl-Anness 6, ir-Repubblika tal-Moldova toffri d-Diviżjoni 51, CPC Prov. kollha. Mhux qed jiġu proposti l-ebda kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet.

Noti Ġenerali

Fl-Anness 7, ir-Repubblika tal-Moldova tinkludi tliet noti. In-Nota 1 tikkonċerna l-akkwist ta’ prodotti agrikoli li jsir biex ikunu avvanzati programmi ta’ sostenn agrikolu u programmi ta’ alimentazzjoni tal-bniedem u tirrifletti l-ewwel parti ta’ Nota 1 taħt l-Anness 7. Iż-żewġ noti l-oħra m'għandhomx japplikaw għall-UE.

Il-Leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova

Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-qasam tal-akkwist pubbliku hija nondiskriminatorja. Ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet li jagħtu lill-provvisti u lill-fornituri domestiċi trattament iktar favorevoli minn dak mogħti lil fornituri jew provvisti barranin. Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova dwar l-akkwist pubbliku tidher li hi miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja b'konformità mar-rekwiżiti tal-GPA.

Il-Valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-offerta tar-Repubblika tal-Moldova

L-offerta finali tar-Repubblika tal-Moldova tipprovdi kopertura estensiva ta’ entitajiet ċentrali, subċentrali u dawk li joperaw fis-settur tal-utilitajiet, prodotti, servizzi u servizzi tal-kostruzzjoni. Għalhekk, hija sodisfaċenti u aċċettabbli. Il-leġiżlazzjoni dwar l-akkwisti pubbliċi tiegħu hija konformi mal-GPA.

B’mod partikolari, it-termini li ġejjin tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova se jiġu riflessi fl-Appendiċi I tal-UE:

Fir-rigward tal-fatt li r-Repubblika tal-Moldova tipprevedi lista eżawrjenti ta’ entitajiet taħt l-Anness 1 tiegħu, l-aċċess ta’ prodotti, servizzi, fornituri u fornituri ta’ servizzi tar-Repubblika tal-Moldova għall-kopertura tal-UE għandu jkun dak indikat fil-punt 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness 1 tal-UE, jiġifieri l-aċċess għall-akkwist tal-awtoritajiet kontraenti tal-gvern ċentrali kif elenkat fl-Anness 1.

Rakkomandazzjoni

L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-GPA hija mistennija li tkun ta' kontribut pożittiv ħafna lejn aktar ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku internazzjonali, billi jitkabbar l-għadd ta’ partijiet għall-GPA u b’hekk jitħeġġu pajjiżi oħra biex jissieħbu mal-GPA. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-offerta finali mir-Repubblika tal-Moldova tiġi aċċettata bit-termini msemmija hawn fuq.

Għaldaqstant, huwa propost li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata li tesprimi fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern il-pożizzjoni tal-Unjoni favur l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova, li għandha tiġi riflessa fid-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-GPA dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova.

2015/0142 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fis-7 ta’ Jannar 2002, ir-Repubblika tal-Moldova applikat għall-adeżjoni mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-GPA”).

(2)L-impenji tar-Repubblika tal-Moldova dwar il-kopertura huma stabbiliti fl-offerta finali tagħha, kif imressqa quddiem il-Partijiet għall-GPA fis-27 ta’ Mejju 2015.

(3)L-offerta finali tar-Repubblika tal-Moldova tipprovdi kopertura estensiva ta’ entitajiet ċentrali, subċentrali u dawk li joperaw fis-settur tal-utilitajiet, prodotti, servizzi u servizzi tal-kostruzzjoni. Għalhekk, hija sodisfaċenti u aċċettabbli. It-termini tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova, kif riflessi fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, se jkunu riflessi fid-deċiżjoni adottata mill-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Kumitat GPA”) dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova.

(4)L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-GPA hija mistennija li tkun ta' kontribut pożittiv għal aktar ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku internazzjonali.

(5)L-Artikolu XXII(2) tal-GPA jipprevedi li kull Membru tad-WTO jista’ jaderixxi ma’ Ftehim dwar it-termini li għandhom jiġu miftiehma bejn dak il-Membru u l-Partijiet, b’tali termini ddikjarati f’deċiżjoni tal-Kumitat tal-GPA.

(6)Għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-GPA fir-rigward l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern hija li tapprova l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern, suġġett għal termini speċifiċi ta’ adeżjoni stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

Top

Brussell, 6.7.2015

COM(2015) 325 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern


ANNESS

TERMINI TAL-UE GĦALL-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA MAL-GPA

Mal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku, il-punt 2 tat-taqsima 2 (L-awtoritajiet kontraenti tal-Gvern Ċentrali tal-Istati Membri tal-UE) tal-Anness 1 tal-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għandu jaqra kif ġej:

"2. Għall-oġġetti, servizzi, fornituri u provdituri ta' servizzi ta' Iżrael, tal-Montenegro, u tar-Repubblika tal-Moldova, l-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti tal-gvern ċentrali li ġejjin."

Top
  翻译: