Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8540

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8540 — Kuehne + Nagel/Kuehne + Nagel Drinksflow Logistics) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 19, 19.1.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8540 — Kuehne + Nagel/Kuehne + Nagel Drinksflow Logistics)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 19/06)

1.

Fit-8 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kuehne + Nagel Limited (“K + N”, ir-Renju Unit),

Kuehne + Nagel Drinkflow Logistics Holdings Limited (“K + NDL”, ir-Renju Unit), kumpanija kkontrollata b’mod konġunt minn K + N u Heineken UK Limited (“Heineken”), li hija l-kumpanija ewlenija ta’ Kuehne + Nagel Drinkflow Logistics Limited (“K + NDL AssetCo”).

K + N takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ K + NDL.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   K + N: il-forniment ta’ servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti fir-Renju Unit. L-attivitajiet kummerċjali ta’ K + N jinkludu jinkludu l-ħażna, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ikel, tax-xorb u tal-merkanzija ġenerali;

—   K + NDL: il-forniment ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni tax-xorb fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8540 — Kuehne + Nagel/Kuehne + Nagel Drinksflow Logistics

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top
  翻译: