This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0084
Case C-84/07: Judgment of the Court (Second Chamber) of 4 December 2008 — Commission of the European Communities v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 92/51/EEC — Recognition of diplomas — Studies completed in an independent study centre not recognised as an educational establishment by the host Member State — Optician)
Kawża C-84/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/51/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi — Studji mwettqa f' Ċentru ta' studji Liberi li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti — Ottiku)
Kawża C-84/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/51/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi — Studji mwettqa f' Ċentru ta' studji Liberi li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti — Ottiku)
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-84/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji mwettqa f'“Ċentru ta' studji Liberi’ li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Ottiku)
(2009/C 19/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3, 4(1)(b) u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25).
Dispożittiv
1) |
Ir-Repubblika Ellenika,
naqqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001. |
2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |