This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0272
Case C-272/07: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 24 June 2008 — Commission of the European Communities v Grand Duchy of Luxembourg (Public procurement — Directive 2004/18/EC — Coordination of procedures for the award of public works contracts, public supply contracts and public service contracts — Failure to implement within the prescribed time-limit)
Kawża C-272/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l- 24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18 — Koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
Kawża C-272/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l- 24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18 — Koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
ĠU C 209, 15.8.2008, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-272/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18 - Koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 209/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p. 114)
Dispożittiv
1) |
Peress li ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet administrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
2) |
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż. |