This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0132
Case F-132/07: Action brought on 30 November 2007 — Strack v Commission
Kawża F-132/07: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Novembru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni
Kawża F-132/07: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Novembru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/44 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-132/07)
(2008/C 107/77)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tat-23 ta' Lulju 2007, kif ukoll tad-deċiżjonijiet impliċitament konnessi tad-9 ta' Awwissu 2007 u tal-11 ta' Settembru 2007 safejn dawn jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent tad-9 ta' April 2007, 11 ta' Mejju 2007 u tal-11 ta' Ottubru 2007 intiżi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-publikazzjoni ta' dokumenti (taħt l-aspetti legali kollha, b'mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll dispożizzjonijiet legali sussegwenti fuq id-drittijiet ta' l-awtur u l-protezzjoni ta' data) u introduzzjoni ta' ilment fil-konfront ta' (eks-)kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni, u titlob kumpens għal danni ta' mhux inqas minn EUR 10 000.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tat-23 ta' Lulju 2007, kif ukoll id-deċiżjonijiet impliċitament konnessi tad-9 ta' Awwissu 2007 u tal-11 ta' Settembru 2007 sa fejn dawn jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent tad-9 ta' April 2007, 11 ta' Mejju 2007 u tal-11 ta' Ottubru 2007 intiżi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-publikazzjoni ta' dokumenti (taħt l-aspetti legali kollha, b'mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll dispożizzjonijiet legali sussegwenti fuq id-drittijiet ta' l-awtur u l-protezzjoni ta' data) u tintroduċi ilment fil-konfront ta' (eks-)kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għal ħlas tad-danni ta' mhux inqas minn EUR 10 000 għad-danni mhux materjali, morali u lis-saħħa tar-rikorrent kkawżati mid-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |