This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CB0416
Case C-416/08 P: Order of the Court (Sixth Chamber) of 10 July 2009 — Apple Computer Inc. v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs), TKS-Teknosoft SA (Appeal — Community trade mark — Regulation (EC) No 40/94 — Article 8(1)(b) — Word mark QUARTZ — Opposition by the proprietor of the Community figurative mark QUARTZ — Refusal to register — Similarity between goods — Likelihood of confusion — Appeal clearly inadmissible)
Kawża C-416/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 10 ta’ Lulju 2009 — Apple Computer, Inc. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), TKS-Teknosoft SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark verbali QUARTZ — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja QUARTZ — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Xebh tal-prodotti — Probabbbiltà ta’ konfużjoni — Appell manifestament inammissibbli)

ĠU C 282, 21.11.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/17 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Lulju 2009 — Apple Computer, Inc. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), TKS-Teknosoft SA
(Kawża C-416/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali QUARTZ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja QUARTZ - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Xebh tal-prodotti - Probabbbiltà ta’ konfużjoni - Appell manifestament inammissibbli)
2009/C 282/32
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Apple Computer, Inc. (rappreżentanti: M. Hart u N. Kearley, Solicitors)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), (rappreżentanti: J. García Murillo, aġent), TKS-Teknosoft SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008, Apple Computer vs UASI (T-328/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva “QUARTZ” għal prodotti fil-klassi 9 għall-annullament tad-deċiżjoni R 416/2004-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ April 2005, li ċaħdet l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li rrifjutat parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja “QUARTZ” għal servizzi fil-klassijiet 9 u 42.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Apple Computer Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |