Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0039

Kawża C-39/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fl- 4 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trademarks — Partijiet: Bild.T-Online.de AG & Co. KG u l-president tad-Deutschen Patent- u Markenamts

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fl-4 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trademarks — Partijiet: Bild.T-Online.de AG & Co. KG u l-president tad-Deutschen Patent- u Markenamts

(Kawża C-39/08)

(2008/C 107/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bild.T-Online.de AG & Co. KG u l-president tad-Deutschen Patent- u Markenamts

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 jirrikjedi, sabiex jiġu assigurati opportunitajiet indaqs fuq il-livell tal-kompetizzjoni (1), li talbiet identiċi jew simili jiġu ttrattati bl-istess mod?

2.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha teżamina indikazzjonijiet konkreti ta' nuqqas ta' trattament ugwali li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tieħu in kunsiderazzjoni fl-analiżi tagħha d-deċiżjonijiet preċedenti li l-awtorità kompetenti ħadet f'każijiet simili?

3.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha, meta hija tikkonstata tali diskriminazzjoni, tirrispetta l-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tinterpreta u tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988?

4.

Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għad-domandi 1, 2 u 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha, sabiex tevita kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, tobbliga lill-awtorità nazzjonali sabiex tiftaħ ex officio proċedura ta' annullament kontra trademarks preċedenti rreġistrati b'mod żbaljat?


(1)  ĠU L 40, p. 1.


Top
  翻译: