Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0052

Kawża C-52/08: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-52/08)

(2008/C 107/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u P. Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, peress li r-Repubblika Portugiża ma ttrasponietx, fir-rigward ta' l-aċċess għall-professjoni ta' nutar, id-Direttiva 2005/36/KE (1), li ħassret u ssostitwiet id-Direttiva 89/48/KEE (2), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-Direttiva 2005/36/KE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond il-Kummissjoni, l-Istat Portugiż, peress li ma jippermettix lin-nutara ta' l-Istati Membri l-oħra li jeżerċitaw il-professjoni fil-Portugall, kemm-il darba għandhom id-dritt li jeżerċitawha fi Stat Membru fejn din tkun professjoni rregolata jew li jkunu eżerċitawha, skond it-termini previsti, fi Stat Membru fejn ma tkunx professjoni rregolata, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/36.

Madankollu, l-Istat Portugiż, meta rrikjeda mingħand il-kandidati għall-professjoni ta' nutar il-lawrja fil-liġi minn università Portugiża jew il-livell akkademiku ekwivalenti skond il-liġi Portugiża, ukoll naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 13 u 14 ta' l-istess Direttiva.

Barra minn hekk, l-Istat Portugiż, meta mill-kandidati għall-professjoni ta' nutar jeħtieġ li qabel ma jieħdu sehem fil-prattika, li jgħaddu minn eżamijiet pubbliċi intiżi sabiex jivverifikaw l-għarfien ġenerali tagħhom fil-liġi, ukoll naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 14(3) u 3(h), tad-Direttiva 2005/36.

B'hekk, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Portugiż ma ttrasponiex id-Direttiva 2005/36 safejn din tirrigwarda l-professjoni ta' nutar.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).

(2)  ĠU L 19, p. 16.


Top
  翻译: