Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0186

Kawża C-186/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio de Thessalonique (Il-Greċja) fit- 28 ta' April 2008 — Maria Kastrinaki vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis ACHEPA

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio de Thessalonique (Il-Greċja) fit-28 ta' April 2008 — Maria Kastrinaki vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis ACHEPA

(Kawża C-186/08)

(2008/C 171/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (Il-Greċja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Kastrinaki.

Konvenuta: Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis ACHEPA.

Domandi preliminari

L-awtoritajiet kompetenti għandhom il-fakultà, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/48/KEE, kif trasposta fis-sistema legali Ellenika mid-digriet ministerjali konġunt Nru A4/4112/247/1992, interpretati fid-dawl ta' l-Artikolu 39(1), ta' l-Artikolu 40(1), ta' l-Artikolu 43, ta' l-Artikolu 47(1), ta' l-Artikolu 49 KE u ta' l-Artikolu 55 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jirrifjutaw lil persuna residenti fi Stat Membru, li għandha diploma li jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva msemmija, li hija impjegata minn persuna ġuridika pubblika fil-kuntest ta' kuntratt ta' xogħol taħt id-dritt privat għal żmien fiss u li, min-naħa waħda, tkun kisbet mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, l-awtorizzazzjoni li tuża titolu professjonali u li, min-naħa l-oħra, tkun kisbet mingħand, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti, l-awtorizzazzjoni li teżerċita professjoni skond id-direttiva msemmija, kif trasposta fis-sistema legali Ellenika mid-digriet ministerjali konġunt imsemmi, li l-karriera tagħha tiżviluppa, fuq il-pjan tal-funzjonijiet u tas-salarju, lejn l-impjieg f'post tax-xogħol bħala uffiċjal pubbliku tal-kategorija tat-tagħlim universitarju u fl-iskala ta' salarju li tikkorrispondi għal din il-kategorija, minħabba li l-ekwivalenza akkademika tat-titolu ta' l-istudji universitarji tagħha, mogħti fl-Istat ta' l-oriġini tagħha, ma jistax jiġi rrikonoxxut, minħabba li parti mill-istudji tagħha saru fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta' ftehim ta' franchise ma' organiżmu ta' tagħlim privat li mhuwiex irrikonoxxut f'dan l-Istat Membru bħala organu ta' tagħlim?


Top
  翻译: