This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0407
Case C-407/08 P: Appeal brought on 19 September 2008 by Knauf Gips KG against the judgment of the Court of First Instance (Third Chamber) delivered on 8 July 2008 in Case T-52/03 Knauf Gips KG v Commission of the European Commission
Kawża C-407/08 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta' Settembru 2008 minn Knauf Gips KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fit- 8 ta' Lulju 2008 , fil-Kawża T-52/03, Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-407/08 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta' Settembru 2008 minn Knauf Gips KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fit- 8 ta' Lulju 2008 , fil-Kawża T-52/03, Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 313, 6.12.2008, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 313/13 |
Appell ippreżentat fid-19 ta' Settembru 2008 minn Knauf Gips KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fit-8 ta' Lulju 2008, fil-Kawża T-52/03, Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-407/08 P)
(2008/C 313/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Knauf Gips KG (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-52/03 Knauf Gips KG vs Il-Kummissjoni; |
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza għal deċiżjoni mill-ġdid; |
— |
b'mod aktar sussidjarju, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti permezz tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontesta tal-Kummissjoni, tas-27 ta' Novembru 2002, b'mod xieraq, u f'kull każ mill-inqas bi EUR 54,51 miljun; |
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell kontra s-sentenza, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza tiċħad ir-rikors imressaq mill-appellanti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002, hija bbażata fuq tliet aggravji.
1. |
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tosserva l-prinċipji li japplikaw minħabba fil-konsegwenzi legali ta' rifjut li tagħti aċċess lil dokumenti inkriminanti u żamma ta' provi ġustifikattivi. Permezz tal-ewwel parti ta' dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kellha tiġi annullata, billi l-Kummissjoni ċaħdet lill-appellanta aċċess għal provi inkriminanti li sussegwentement kienu ta' rilevanza għad-deċiżjoni. Permezz tat-tieni parti ta' dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata minnha nfusha tikser id-drittijiet tad-difiża, billi l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi wkoll il-provi ġustifikattivi b'mod illegali, li kien ukoll iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni. |
2. |
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li ma kien hemm l-ebda ksur tal-Artikolu 81(1) KE minħabba ksur fundamentali tar-regoli dwar il-provi, b'mod partikolari tal-prinċipju in dubio pro reo, kif ukoll ksur ta' dritt sostantiv, b'mod partikolari fir-rigward tal-konklużjoni ta' prattika miftiehma, li, fis-sentenza appellata, wasslet għall-preżunzjoni — li tikkostitwixxi żball ta' liġi — li l-Artikolu 81(1) KE ġie miksur. |
3. |
Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li kien hemm ksur tal-limitu ta' 10 % skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament 17/62. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza b'mod żbaljat attribwit lill-appellanti d-dħul mill-bejgħ ta' impriżi li mhumiex fil-kontroll tal-appellanti u li m'għandhomx lill-appellanti taħt il-kontroll tagħhom. L-appellanti ssostni li hija u dawn l-impriżi ma jifformawx parti mill-istess entità ekonomika. |