Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0574

Kawża C-574/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

(Kawża C-574/08)

(2009/C 44/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belgju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta' attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (1), jew, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva

tikkundanna lir-Renju tal-Belgju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/70/KE skada fil-15 ta' Diċmebru 2007. Issa, fid-data ta' preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax l-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji jew, f'kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 214, p. 29.


Top
  翻译: