Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0055

Kawża F-55/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 30 ta’ Novembru 2009 — De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (Servizz Pubbliku — Uffiċjal tal-Bank Ewropew tal-Investiment — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Assigurazzjoni tal-mard — Ħlas lura ta’ spejjeż mediċi — Fastidju psikoloġiku — Obbligu ta’ premura — Rikors għad-danni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Ammissibbiltà)

ĠU C 24, 30.1.2010, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/74


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

(Kawża F-55/08) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Assigurazzjoni tal-mard - Ħlas lura ta’ spejjeż mediċi - Fastidju psikoloġiku - Obbligu ta’ premura - Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Ammissibbiltà)

2010/C 24/136

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament parzjali ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell dwar l-evalwazzjoni annwali tar-rikorrent għas-sena 2006, u min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-fatt li r-rikorrent huwa vittma ta’ fastidju psikoloġiku u l-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-attivitajiet ta’ fastidju u jikkumpensa d-dannu morali u materjali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008 p. 73


Top
  翻译: