This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0404
Case C-404/09: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 24 November 2011 — European Commission v Kingdom of Spain (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 85/337/EEC — Assessment of the effects of certain projects on the environment — Directive 92/43/EEC — Conservation of natural habitats — Wild fauna and flora — Open-cast coal mines — ‘Alto Sil’ site — Special protection area — Site of Community importance — Brown bear (Ursus arctos) — Capercaillie (Tetrao urogallus))
Kawża C-404/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Fawna u flora selvaġġa — Minjieri tal-faħam miftuħa — Sit “Alto Sil” — Żona ta’ protezzjoni speċjali — Sit ta’ importanza Komunitarja — Ors kannella (Ursus arctos) — Serduq selvaġġ (Tetrao urogallus))
Kawża C-404/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Fawna u flora selvaġġa — Minjieri tal-faħam miftuħa — Sit “Alto Sil” — Żona ta’ protezzjoni speċjali — Sit ta’ importanza Komunitarja — Ors kannella (Ursus arctos) — Serduq selvaġġ (Tetrao urogallus))
ĠU C 25, 28.1.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-404/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Fawna u flora selvaġġa - Minjieri tal-faħam miftuħa - Sit “Alto Sil” - Żona ta’ protezzjoni speċjali - Sit ta’ importanza Komunitarja - Ors kannella (Ursus arctos) - Serduq selvaġġ (Tetrao urogallus))
(2012/C 25/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, F. Castillo de la Torre u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 3, u 5(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) u tal-Artikolu 6(2), (3) u (4) flimkien mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 2, p. 102) — Attivitajiet f’minjieri miftuħa — Żona speċjali ta’ konservazzjoni “Alto Sil” (ES0000210) — Habitat tas-serduq selvaġġ tal-Cantabria
Dispożittiv
(1) |
Billi awtorizza l-minjieri miftuħa “Fonfría”, “Nueva Julia” u “Los Ladrones” mingħajr ma ssuġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi għal evalwazzjoni li tippermetti li jiġu identifikati, deskritti u evalwati b’mod xieraq l-effetti diretti, indiretti u kumulattivi tal-proġetti ta’ minjieri miftuħa eżistenti, ħlief għal dak li jikkonċerna l-minjiera “Ladrones”, fir-rigward tal-ors kannella, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2, 3 u 5(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997. |
(2) |
Mis-sena 2000, is-sena meta s-sit “Alto Sil” ġie kklassifikat bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/49/KE, tad-29 ta’ Lulju 1997,
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward taż-żona ta’ protezzjoni speċjali, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqrija flimkien mal-Artikolu 7 tagħha. |
(3) |
Sa mix-xahar ta’ Diċembru tas-sena 2004, billi awtorizza l-miżuri meħtieġa sabiex jevita d-deterjorament tal-habitat, inklużi dawk tal-ispeċijiet, u t-tfixkil li l-minjieri “Feixolín”, “Salguero-Prégame-Valdesegadas”, “Fonfría”, “Nueva Julia” u “Ampliación de Feixolín” jikkawżaw lill-ispeċijiet, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward tas-SIK “Alto Sil”, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43. |
(4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(5) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, iż-żewġ terzi mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha. |