Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0332

Kawża C-332/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 23 ta’ April 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Frosch Touristik GmbH, DSR touristik GmbH ( “Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE — Procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità” )

ĠU C 234, 28.8.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Frosch Touristik GmbH, DSR touristik GmbH

(Kawża C-332/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE - Procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità)

2010/C 234/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Appellati: Frosch Touristik GmbH (rappreżentant: H. Lauf, avukat), DSR touristik GmbH

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009, Frosch Touristik vs UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE) (T-189/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali “FLUGBÖRSE” fir-rigward tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali ta’ din it-trade mark — Determinazzjoni tad-data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 256, 24.10.2009.


Top
  翻译: