Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0484

Kawża T-484/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — McLoughney vs UASI — Kern (Powerball) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Powerball — Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata POWERBALL — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 6, 7.1.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — McLoughney vs UASI — Kern (Powerball)

(Kawża T-484/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Powerball - Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata POWERBALL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 6/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Rory McLoughney (Thurles, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Stratford Lysandrides, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ernst Kern (Zahling, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1547/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rory McLoughney u Ernst Kern.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Rory McLoughney huwa kkundannat għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.2.2010.


Top
  翻译: