This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TB0200
Case T-200/09: Order of the General Court of 18 May 2010 — Abertis Infraestructuras v Commission (Action for annulment — Concentrations — Decision to close the procedure initiated under Article 21(4) of Regulation (EC) No 139/2004 — Period within which proceedings must be brought — Starting point — Inadmissibility)
Kawża T-200/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Mejju 2010 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Inammissibbiltà” )
Kawża T-200/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Mejju 2010 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Inammissibbiltà” )
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2010 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-200/09) (1)
(“Rikors għal annullament - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà”)
2010/C 195/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Abertis Infraestructuras, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent u P. Callol García, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Awwissu 2008, li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), fir-rigward ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni bejn ir-rikorrenti u Autostrade SpA (Każ COMP/M.4388 Albertis/Autostrade).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Abertis Infraestructuras, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |