This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0060
Case T-60/09: Action brought on 16 February 2009 — Herhof v OHIM — Stabilator (stabilator)
Kawża T-60/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2009 – Herhof vs UASI – Stabilator (stabilator)
Kawża T-60/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2009 – Herhof vs UASI – Stabilator (stabilator)
ĠU C 102, 1.5.2009, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/20 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Herhof vs UASI – Stabilator (stabilator)
(Kawża T-60/09)
2009/C 102/32
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (Solms, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Zinnecker u T. Bösling, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stabilator sp. z o.o. (Gdynia, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Diċembru 2008 fil-Każijiet Magħquda R 483/2008-4 u R 705/2008-4. |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Stabilator sp. z o.o.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “stabilator” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 068 961)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “STABILAT” għal prodotti fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata parzjalment u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, jew minn tal-inqas ta’ assoċjazzjoni, bejn it-trade marks kontenzjużi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).