This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0213
Case T-213/09: Action brought on 28 May 2009 — Yorma's AG v OHIM — Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMAS’S)
Kawża T-213/09: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Mejju 2009 — Yorma’s vs UASI — Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S y)
Kawża T-213/09: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Mejju 2009 — Yorma’s vs UASI — Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S y)
ĠU C 180, 1.8.2009, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/57 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2009 — Yorma’s vs UASI — Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S y)
(Kawża T-213/09)
2009/C 180/105
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Yorma’s AG (Deggendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Weiß, Rechtsanwältin)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-20 ta’ Frar 2009, fil-Każ R 1879/2007-1 u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “YORMA’S” bl-ilwien blu u isfar għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 42 (Applikazzjoni Nru 2 048 205)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “NORMA” (Trade mark Komunitarja Nru 213 769) għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 16, 18, 21, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35 u 36 kif ukoll l-isem kummerċjali “NORMA” u s-sinjal figurattiv “NORMA” użati normalment fil-kummerċ fil-Ġermanja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1))
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)