This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0479
Case C-479/10: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 10 May 2011 — European Commission v Kingdom of Sweden (Failure of a Member State to fulfil obligations — Environment — Directive 1999/30/EC — Pollution control — Limit values for concentrations of PM 10 in ambient air)
Kawża C-479/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 10 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)
Kawża C-479/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 10 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)
ĠU C 194, 2.7.2011, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-479/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)
2011/C 194/10
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Simonsson, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Aritkolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’ partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) — Eċċess tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4 u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5
Dispożittiv
(1) |
Billi eċċeda l-valuri ta’ limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005 sa 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4, u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’ partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali. |
(2) |
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |