Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0534

Kawża C-534/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC vs Office communautaire des variétés végétales (OCVV), Schniga GmbH (Appell — Dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Artikolu 73(2) — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal dritt Komunitarju mill-Bord tal-Appell tas-CPVO — Setgħa diskrezzjonali — Stħarriġ tal-Qorti Ġenerali — Artikolu 55(4) moqri flimkien mal-Artikolu 61(1)(b) — Dritt tas-CPVO li tagħmel talba ġdida sabiex jintbagħat materjal tal-pjanti)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC vs Office communautaire des variétés végétales (OCVV), Schniga GmbH

(Kawża C-534/10 P) (1)

(Appell - Dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Artikolu 73(2) - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal dritt Komunitarju mill-Bord tal-Appell tas-CPVO - Setgħa diskrezzjonali - Stħarriġ tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 55(4) moqri flimkien mal-Artikolu 61(1)(b) - Dritt tas-CPVO li tagħmel talba ġdida sabiex jintbagħat materjal tal-pjanti)

2013/C 46/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC (rappreżentant: M. Eller, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Office communautaire des variétés végétales (OCVV) (rappreżentanti: M. Ekvad u M. Lightbourne, aġenti), Schniga GmbH (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat 13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs OCVV-Elaris u Brookfield New Zealand (T-135/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), tal 21 ta’ Novembru 2007, li tannulla d-deċiżjoni li tagħti lir-rikorrenti d-dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanta “Gala Schnitzer” u li tiċħad l-oppożizzjonijiet imressqa minn SNC Elaris u minn Brookfield New Zealand

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Brookfield New Zealand Ltd u Elaris SNC huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 05.02.2011.


Top
  翻译: