Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0433

Kawża C-433/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 31 ta’ Marzu 2011 — Volker Mauerhofer vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Proġett appoġġat mill-Unjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina — Kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u konsorzju kif ukoll bejn dan u esperti — Ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni li tibdel il-kuntratt tagħha mal-imsemmi konsorzju — Rikors għall-annullament ta’ din l-ordni ta’ servizz imressaq minn wieħed mill-esperti — Ammissibbiltà — Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Rabta kawżali bejn l-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni u d-dannu allegatament subit mill-imsemmi espert)

ĠU C 252, 27.8.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-31 ta’ Marzu 2011 — Volker Mauerhofer vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-433/10 P) (1)

(Appell - Proġett appoġġat mill-Unjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina - Kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u konsorzju kif ukoll bejn dan u esperti - Ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni li tibdel il-kuntratt tagħha mal-imsemmi konsorzju - Rikors għall-annullament ta’ din l-ordni ta’ servizz imressaq minn wieħed mill-esperti - Ammissibbiltà - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Rabta kawżali bejn l-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni u d-dannu allegatament subit mill-imsemmi espert)

2011/C 252/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Volker Mauerhofer (rappreżentant: J. Schartmüller, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Boelaert, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni (T-515/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol imħallsa allokati lir-rikorrent sabiex jiżvolġi d-doveri tiegħu li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ perizja (Kuntratt Nru MC/5043/025/001/2008 — “Value Chain Mapping Analysis”), konkluż mal-persuna responsabbli mill-proġett imwettaq fil-Bosnja-Ħerzegovina skont il-kuntratt qafas “EuropeAid/123314/C/SER/multi — Lott 5 — Studji, evalwazzjonijiet u preżentazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ, impriżi u integrazzjoni ekonomika reġjonali” — Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

M. Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


Top
  翻译: