Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0200

Kawża C-200/10 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ April 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija fid- 9 ta’ Frar 2010 mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-340/07, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/21


Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Frar 2010 mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-340/07, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-200/10 P)

(2010/C 179/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas kumpens għad-dannu subit mill-appellanti minħabba l-ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873, li jikkonċerna l-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities”, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u għall-ħlas ta’ nfiq u spejjeż oħra sostnuti mill-appellanti u relattivi għall-kawża inizjali anki fil-każ li dan l-appell jinċaħad, kif ukoll dawk relattivi għal dan l-appell jekk dan jintlaqa’.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma pprovdietx motivazzjoni ċara biżżejjed insostenn taċ-ċaħda tagħha ta’ serje ta’ argumenti tal-appellanti.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(6) tal-kuntratt, li jirreferi għall-obbligi tal-partijiet kontraenti sabiex jieħdu kull miżura xierqa sabiex jannullaw jew inaqqsu l-impenji tagħhom minn meta jirċievu l-ittra tal-Kummissjoni li tinnotifikahom bix-xoljiment tal-kuntratt.


Top
  翻译: