This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0108
Case F-108/10: Action brought on 26 October 2010 — Filice and Others v Court of Justice
Kawża F-108/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ottubru 2010 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
Kawża F-108/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ottubru 2010 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 65–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/65 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-108/10)
()
2011/C 30/128
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stefania Filice et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotti fid-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jillimitaw l-aġġustament tal-pagi tagħhom, b’effett minn Lulju tal-2009, b’żieda ta’ 1,85 % skont l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u membri oħra tal-persunal fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li dehru fid-dikjarazzjonijiet għax-xahar ta’ Jannar 2010 u x-xhur sussegwenti u d-dikjarazzjonijiet tal-arretrati għas-sena 2009, liema dikjarazzjonijiet juru aġġustament bir-rata ta’ 1,85 % minflok bir-rata ta’ 3,7 %; |
— |
jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrimborsa d-differenza bejn l-ammont ta’ remunerazzjonijiet imħallsa skont ir-regolament Nru 1296/09 sad-data li fiha tingħata s-sentenza tal-kawża preżenti u dawk l-ammonti li kien ikollhom jitħallsu li kieku l-aġġustament kien ġie kkalkultat b’mod korrett, kif ukoll l-imgħax bir-rati ffissati mill-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, b’żieda ta’ tliet punti u nofs, u dan b’effett mid-data li fiha s-somom mitluba fil-kawża prinċipali saru dovuti; |
— |
jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż. |