Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0426

Kawżi magħquda T-426/10 u T-575/10 u Kawża T-440/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-426/10 u T-575/10 u Kawża T-440/12) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta parzjali”)

(2015/C 073/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-426/10 u T-575/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco u, fil-Kawża T-440/12, inizzjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-440/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti, fil-Kawżi T-426/10 u T-440/12 minn L. Ortiz Blanco, avukat)

Suġġett

Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-426/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fil-Kawża T-575/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati.

4)

Moreda-Riviere Trefilerías, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-426/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-575/10.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top
  翻译: