Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0187

Kawża T-187/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ April 2010 — Emram vs UASI- Guccio Gucci (G)

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/43


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2010 — Emram vs UASI- Guccio Gucci (G)

(Kawża T-187/10)

(2010/C 179/76)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maurice Emram (Marseille, Franza) (rappreżentant: M. Benavï, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, R 1281/2008-1;

tiċħad l-oppożizzjoni għall-preżentata tat-trade mark G line Nru 2 421 402, tal-kumpannija Gucci spa.;

konsegwentment tikkundanna lill-UASI għal-ispejjeż;

u lill-kumpannija Gucci spa għall-infiq u l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “G” għal prodotti kklassifikati fil-klassijiet 9, 18 u 25 — Applikazzjoni Nru 2421402

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Guccio Gucci SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi Komunitajri u nazzjonali “G” għal prodotti kklassifikati fil-klassijiet 9, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8 u 75 tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 8 u 77 tar-Regolament Nru 207/2009), sa fejn il-Bord tal-Appell ma applikax ir-regoli applikabbli b’mod korrett u għamel analiżi qasira ħafna tal-punti mqajma mir-rikorrent.


Top
  翻译: