This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0313
Case T-313/10: Action brought on 26 July 2010 — Three-N-Products Private/OHMI — Shah (AYUURI NATURAL)
Kawża T-313/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2010 — Three-N-Products Private vs UASI — Shah (AYUURI NATURAL)
Kawża T-313/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Lulju 2010 — Three-N-Products Private vs UASI — Shah (AYUURI NATURAL)
ĠU C 260, 25.9.2010, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/22 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2010 — Three-N-Products Private vs UASI — Shah (AYUURI NATURAL)
(Kawża T-313/10)
()
2010/C 260/30
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, Indja) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S Shah, A Shah, M Shah — A Partnership t/a FUDCO (Wembley, Ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1005/2009-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut sabiex jikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Lulju 2009 u jiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 805 387 kollha kemm hi; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri; |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, f’każ li tintervjeni f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “AYUURI NATURAL” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 2 996 098 tat-trade mark figurattiva “Ayur” għal, fost l-oħrajn, prodotti fil-klassijiet 3 u 5; applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 429 469 tat-trade mark figurattiva “AYUR” għal, fost l-oħrajn, prodotti fil-klassijiet 3 u 5;
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni milqugħa kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.
Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni illi d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell iddikjara b’mod skorrett illi ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni u li t-trade marks preċedenti kellhom konnotazzjoni suġġestiva fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni li tnaqqas il-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti.
Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tikkunsidra illi d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell wettaq abbuż ta’ poter meta ta d-deċiżjoni kkontestata peress illi kienet nieqsa minn oġġettività u bażi legali.