Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0293

Kawża C-293/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 306 sa 310 — Skema partikolari għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari għal persuni li ma humiex il-vjaġġaturi — Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent” )

ĠU C 344, 23.11.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-293/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema partikolari għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari għal persuni li ma humiex il-vjaġġaturi - Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent”)

2013/C 344/09

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller kif ukoll J. Očková, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fuq it-tranżazzjonijiet magħmula minnhom favur benefiċjarji li ma humiex il-vjaġġaturi

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


Top
  翻译: