This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0527
Case C-527/11: Judgment of the Court (Second Chamber) of 14 March 2013 (request for a preliminary ruling from the Augstākās tiesas Senāts — Latvia) — Valsts ieņēmumu dienests v Ablessio SIA (VAT — Directive 2006/112/EC — Articles 213, 214 and 273 — Identification of taxable persons subject to VAT — Refusal to assign a VAT identification number on the ground that the taxable person is not in possession of the material, technical and financial resources to carry out the declared economic activity — Legality — Countering tax evasion — Principle of proportionality)
Kawża C-527/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Valsts ieņēmumu dienests vs Ablessio SIA (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 213, 214 u 273 — Identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT — Rifjut li jingħata numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT minħabba li l-persuna taxxabbli ma għandhiex mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji sabiex teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata — Legalità — Ġlieda kontra l-frodi fiskali — Prinċipju ta’ proporzjonalità)
Kawża C-527/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Valsts ieņēmumu dienests vs Ablessio SIA (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 213, 214 u 273 — Identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT — Rifjut li jingħata numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT minħabba li l-persuna taxxabbli ma għandhiex mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji sabiex teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata — Legalità — Ġlieda kontra l-frodi fiskali — Prinċipju ta’ proporzjonalità)
ĠU C 141, 18.5.2013, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Valsts ieņēmumu dienests vs Ablessio SIA
(Kawża C-527/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 213, 214 u 273 - Identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT - Rifjut li jingħata numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT minħabba li l-persuna taxxabbli ma għandhiex mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji sabiex teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata - Legalità - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2013/C 141/10
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuta: Ablessio SIA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 347, p. 1), moqri flimkien mal-Artikolu 273 tal-istess direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-possibbiltà li tiġi rrifjutata l-inklużjoni fir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT fil-każ li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni qarrieqa dwar il-kapaċitajiet materjali, tekniċi u finanzjarji tagħha li teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata — Rifjut li kumpannija tiġi inkluża fir-reġistru ta’ persuni suġġetti għall-VAT għaliex din ma hijiex kapaċi teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata
Dispożittiv
L-Artikoli 213, 214 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tirrifjuta li tagħti numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud lil kumpannija sempliċement għax hija ma jkollhiex, skont din l-amministrazzjoni, mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika ddikjarata u d-detentur tal-ishma kapitali ta’ din il-kumpannija jkun diġà kiseb, f’diversi okkażjonijiet, tali numru għal kumpanniji li qatt ma jkunu verament eżerċitaw attività ekonomika u li l-ishma kapitali tagħhom ikunu ġew assenjati lil persuni oħra ftit taż-żmien wara l-għoti ta’ dan in-numru, mingħajr ma l-amministrazzjoni fiskali kkonċernata ma tkun stabbilixxiet, fid-dawl ta’ fatturi oġġettivi, li hemm indizji serji li jippermettu li jiġi ssusspettat li n-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud mogħti jkun ser jiġi użat b’mod frawdolenti. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk l-imsemmija amministrazzjoni fiskali pprovdietx indizji serji tal-eżistenza ta’ riskju ta’ frodi fil-kawża prinċipali.