Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0565

Kawża C-565/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu (Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura — Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ effettività)

ĠU C 164, 8.6.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-565/11) (1)

(Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura - Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa - Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ effettività)

2013/C 164/08

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mariana Irimie

Konvenuta: Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Sibiu — Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, tal-Artikoli 6 TUE u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ammont tal-kumpens għad-dannu subit minn individwi minħabba ksur mill-Istat Membru tad-dritt tal-Unjoni — Rimbors tal-interessi legali relatati mal-ħlas lura ta’ taxxa

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


Top
  翻译: