Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0539

Kawża C-539/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione Siciliana (l-Italja) fil- 21 ta’ Ottubru 2011 — Ottica New Line di Accardi Vincenzo vs Comune di Campobello di Mazara

ĠU C 370, 17.12.2011, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione Siciliana (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2011 — Ottica New Line di Accardi Vincenzo vs Comune di Campobello di Mazara

(Kawża C-539/11)

2011/C 370/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione Siciliana.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ottica New Line di Accardi Vincenzo.

Konvenut: Comune di Campobello di Ma zara.

Parti oħra fil-proċedura: Fotottica Media Vision di Luppino Natale Fabrizio e c. s.n.c.

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, marbuta mal-ħtieġa li tiġi protetta s-saħħa umana, leġiżlazzjoni nazzjonali — f’dan il-każ, l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 12/2004 tar-Reġjun Awtonomu tas-Sicilia — li tissuġġetta l-ftuħ ta’ stabbilimenti tal-ottika fit-territorju ta’ Stat Membru (f’dan il-każ, parti mill-imsemmi territorju) għal limiti bbażati fuq id-densità demografika u d-distanza bejn l-istabbilimenti, limiti li jikkostitwixxu in abstracto ksur tal-libertajiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-limiti bbażati fuq id-densità demografika (stabbiliment għal kull tmient elef abitant) u fuq id-distanza (tliet mitt metru bejn żewġ stabbilimenti), stabbiliti bil-Liġi Nru 12/2004 tar-Reġjun Awtonomu tas-Sicilia għall-ftuħ ta’ stabbilimenti tal-ottika fit-territorju reġjonali, għandhom jitqiesu bħala adegwati sabiex jintlaħaq l-għan li jikkorrispondi għar-raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali msemmija iktar ’il fuq?

(3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-limiti bbażati fuq id-densità demografika (stabbiliment għal kull tmient elef abitant) u fuq id-distanza (tliet mitt metru bejn żewġ stabbilimenti), stabbiliti bil-Liġi Nru 12/2004 tar-Reġjun Awtonomu tas-Sicilia għall-ftuħ, fit-territorju reġjonali, ta’ stabbilimenti tal-ottika, huma proporzjonati, jiġifieri li ma humiex eċċessivi fir-rigward tat-twettiq tal-għan li jikkorrispondi għar-raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali msemmija iktar ’il fuq?


Top
  翻译: