Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0053

Kawża T-53/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ April 2013 — Aecops vs Il-Kummissjoni (Fond Soċjali Ewropew — Skemi ta’ taħriġ — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Preskrizzjoni — Ċertezza legali — Drittijiet tad-difiża — Terminu raġonevoli — Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C 156, 1.6.2013, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 — Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/11) (1)

(Fond Soċjali Ewropew - Skemi ta’ taħriġ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Preskrizzjoni - Ċertezza legali - Drittijiet tad-difiża - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 156/71

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment minn J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, sussegwentement minn L. Pinto Monteiro, P. Farinha Alves u N. Morais Sarmento, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li tiffissa l-ammont finali tal-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal żewġ skemi ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni C (89) 570, tat-22 ta’ Marzu 1989, għall-finanzjament ta’ skema ta’ taħriġ (fajl 89 0771 P1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 7.5.2011.


Top
  翻译: