Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0199

Kawża T-199/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Diċembru 2012 — Strack vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikoli 17, 17a, 19 u 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġu żvelati dokumenti — Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġi ppubblikat test — Talba għall-awtorizzazzjoni sabiex jiġu użati fatti quddiem l-awtoritajiet ġudizzjajri nazzjonali — Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal” )

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/11) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikoli 17, 17a, 19 u 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġu żvelati dokumenti - Talba għall-awtorizzazzjoni li jiġi ppubblikat test - Talba għall-awtorizzazzjoni sabiex jiġu użati fatti quddiem l-awtoritajiet ġudizzjajri nazzjonali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal)

2013/C 38/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-132/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

G. Strack huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

G. Strack huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal l-ammont ta’ EUR 2 000 sabiex jirrimborsa parti mill-ispejjeż li dan tal-aħħar kellu jsostni.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011


Top
  翻译: