This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0405
Case T-405/11: Judgment of the General Court of 15 November 2018 — Axa Mediterranean v Commission (State aid — Provisions concerning corporate tax allowing undertakings which are tax resident in Spain to amortise the goodwill resulting from the acquisition of shareholdings in undertakings which are tax resident abroad — Decision declaring the aid to be incompatible with the internal market and ordering its recovery — Concept of State aid — Selectivity — Reference system — Derogation — Difference in treatment — Justification of the difference in treatment — Undertakings benefiting from the measure — Legitimate expectations)
Kawża T-405/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novmbru 2018 – Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament — Impriżi benefiċjarji tal-miżura — Aspettattivi leġittimi”)

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novmbru 2018 – Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-405/11) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))
(2019/C 25/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Axa Mediterranean Holding, SA (Palma de Majorque, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, u finalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Axa Mediterranean Holding, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |