Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0133

Kawża F-133/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Kumpens għad-dannu li jirriżulta minħabba l-fatt li l-istituzzjoni tibgħat lill-avukat tar-rikorrent ittra dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mir-rikorrent — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

ĠU C 71, 8.3.2014, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/12)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kumpens għad-dannu li jirriżulta minħabba l-fatt li l-istituzzjoni tibgħat lill-avukat tar-rikorrent ittra dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mir-rikorrent - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

(2014/C 71/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi miċħuda t-talba tar-rikorrent sabiex jikseb kumpens għad-danni sostnuti minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lill-avukat tiegħu flimkien ma’ talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2 000.


Top
  翻译: