Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0156

Kawża F-156/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU C 71, 9.3.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-156/12)

2013/C 71/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni u t-talba ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-Deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2012 li tiċħad t-talba tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni;

jannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Settembru 2012, innotifikata l-istess jum permezz ta’ posta elettronika u fit-12 ta’ Settembru 2012 permezz ta’ ittra rreġistrata b’riċevuta, li tiċħad it-talba tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas ta’ allowance ta’ EUR 354 000 bħala kumpens għad-danni materjali, dawn l-ammonti kienu ġew stabbiliti provizzorjament, u ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali li ġarrab, dan l-ammont kien ġie stabbilit ex aequo et bono;

tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.


Top
  翻译: