Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0416

Kawża T-416/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Marzu 2014 – HP Health Clubs Iberia vs UASI – Shiseido (ZENSATIONS) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ZENSATIONS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà tat-talbiet tal-intervenjent — Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009” ]

14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2014 – HP Health Clubs Iberia vs UASI – Shiseido (ZENSATIONS)

(Kawża T-416/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ZENSATIONS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà tat-talbiet tal-intervenjent - Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 112/38

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: HP Health Clubs Iberia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shiseido Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Moreau-Margotin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2212/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Shiseido Company Ltd u HP Health Clubs Iberia, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talbiet ta’ Shiseido Company Ltd, għajr dik intiża essenzjalment għaċ-ċaħda tar-rikors, huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

3)

HP Health Clubs Iberia, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).

4)

Shiseido Company għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


Top
  翻译: