This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0104
Case T-104/12: Action brought on 1 March 2012 — Verus v OHIM — Performance Industries Manufacturing (VORTEX)
Kawża T-104/12: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2012 — Verus vs UASI — Performance Industries Manufacturing (VORTEX)
Kawża T-104/12: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2012 — Verus vs UASI — Performance Industries Manufacturing (VORTEX)
ĠU C 157, 2.6.2012, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/7 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2012 — Verus vs UASI — Performance Industries Manufacturing (VORTEX)
(Kawża T-104/12)
2012/C 157/11
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verus Eood (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: S. Vykydal avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Performance Industries Manufacturing, Inc. (Odessa, Florida, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ R 512/2011-4, VORTEX/VORTEX, u tirrinvija l-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Performance Industries Manufacturing Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “VORTEX” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 (Applikazzjoni Nru 5 375 324)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “VORTEX” irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39 (Trade mark Nru 5 514 104)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti