This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0273
Case T-273/12: Action brought on 15 June 2012 — Unister v OHIM (Ab in den Urlaub)
Kawża T-273/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Ġunju 2012 — Unister vs UASI (Ab in den Urlaub)
Kawża T-273/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Ġunju 2012 — Unister vs UASI (Ab in den Urlaub)
ĠU C 243, 11.8.2012, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/31 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — Unister vs UASI (Ab in den Urlaub)
(Kawża T-273/12)
2012/C 243/54
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ April 2012, fil-Każ R 2150/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Ab in den Urlaub” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41 u 43 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 9 692 286
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 |
— |
ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 |