Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0043

Kawża C-43/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Jannar 2013 — Hauptzollamt Köln vs Kronos Titan GmbH

ĠU C 123, 27.4.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Hauptzollamt Köln vs Kronos Titan GmbH

(Kawża C-43/13)

2013/C 123/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Köln

Konvenuta: Kronos Titan GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), jeżiġi li fit-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija minbarra dawk li fir-rigward tagħhom il-livell ta’ tassazzjoni huwa speċifikat fid-Direttiva, tiġi applikata rata ta’ tassazzjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali stabbilixxiet fir-rigward tal-użu ta’ prodott tal-enerġija bħala kombustibbli meta dan il-prodott l-ieħor tal-enerġija jintuża ukoll bħala kombustibbli? Altrimenti, jekk il-prodott l-ieħor tal-enerġija jkun ekwivalenti għal prodott tal-enerġija speċifiku fl-użu tiegħu bħala kombustibbli, tista’ tiġi applikata r-rata ta’ tassazzjoni stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ dan il-prodott tal-enerġija anki jekk din tkun rata uniformi li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-użu bħala karburant jew bħala kombustibbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


Top
  翻译: