This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0307
Case C-307/13: Request for a preliminary ruling from the Helsingborgs tingsrätt (Sweden) lodged on 5 June 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg v Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson, Håkan Rosengren
Kawża C-307/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingborgs tingsrätt (l-Isvezja) fil- 5 ta’ Ġunju 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg vs Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren
Kawża C-307/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingborgs tingsrätt (l-Isvezja) fil- 5 ta’ Ġunju 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg vs Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren
ĠU C 215, 27.7.2013, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 215, 27.7.2013, p. 7–7
(HR)
27.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingborgs tingsrätt (l-Isvezja) fil-5 ta’ Ġunju 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg vs Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren
(Kawża C-307/13)
2013/C 215/16
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Helsingborgs tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Åklagarkammaren i Helsingborg
Konvenuti: Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren
Domandi preliminari
(1) |
It-tqassir tal-iskeda għall-implimentazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-15 ta’ April 2003 li seħħ bl-introduzzjoni tal-Artikolu 9 tad-Digriet dwar il-protezzjoni tal-annimali (djurskyddsförordningen, 2003:105) iwassal għall-obbligu li l-Isvezja, bħala Stat Membru, għandha tikkomunika abbozz ġdid, konformament għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE (1)? |
(2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li kellha sseħħ komunikazzjoni ġdida, liema huma l-konsegwenzi legali tal-fatt li din il-formalità ma ġietx segwita? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.