This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0686
Case C-686/13: Request for a preliminary ruling from the Högsta förvaltningsdomstolen (Sweden) lodged on 27 December 2013 — X AB v Skatteverket
Kawża C-686/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis- 27 ta’ Diċembru 2013 — X AB vs Skatterverket
Kawża C-686/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis- 27 ta’ Diċembru 2013 — X AB vs Skatterverket
ĠU C 71, 8.3.2014, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — X AB vs Skatterverket
(Kawża C-686/13)
(2014/C 71/19)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X AB
Konvenut: Skatterverket
Domanda preliminari
L-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 63TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-Istati ta’ residenza ta’ impriża ma tippermettix lil din tnaqqas telf fil-kambju li huwa parti integrali minn telf kapitali fuq sehem li għandha f’kumpanija residenti fi Stat Membru ieħor, fejn l-Istat Membru ta’ residenza tal-ewwel impriża japplika sistema li taħtha l-qligħ u t-telf kapitali fuq dawn l-ishma huma inklużi fil-kalkolu tal-bażi tat-taxxa?