This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0082
Case T-82/13: Judgment of the General Court of 9 September 2015 — Panasonic and MT Picture Display v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Global market for cathode ray tubes for television sets and computer monitors — Decision finding an infringement of Article 101 TFEU and Article 53 of the EEA Agreement — Agreements and concerted practices on pricing, market sharing, capacity and production — Rights of the defence — Proof of participation in the cartel — Single and continuous infringement — 2006 Guidelines on the method of setting fines — Proportionality — Fines — Unlimited jurisdiction)
Kawża T-82/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Ksur uniku u kontinwat — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Proporzjonalità — Multi — Ġurisdizzjoni sħiħa”)
Kawża T-82/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Ksur uniku u kontinwat — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Proporzjonalità — Multi — Ġurisdizzjoni sħiħa”)
ĠU C 346, 19.10.2015, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-82/13) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ksur uniku u kontinwat - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Proporzjonalità - Multi - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2015/C 346/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Panasonic Corp. (Kadoma, il-Ġapppun); u MT Picture Display Co. Ltd (Matsuocho, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Gerrits u A.-H. Bischke, avukati, M. Hoskins, QC, u S. K. Abram, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u G. Koleva, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
L-ammont tal-multi imposti mill-Artikolu 2(2)(f), (h) u (i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), huwa ta’ EUR 128 866 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic Corp., għall-parteċipazzjoni diretta tagħha fil-ksur li jirrigwarda s-suq tat-tubi katodiċi tal-kulur għas-settijiet tat-televiżjoni, ta’ EUR 82 826 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic, Toshiba Corp. u MT Picture Display Co. Ltd, flimkien u in solidum, u ta’ EUR 7 530 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic u MT Picture Display, flimkien u in solidum. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |