This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0343
Case T-343/13: Judgment of the General Court of 3 December 2015 — CN v Parliament (Non-contractual liability — Petition addressed to the Parliament — Dissemination on the Parliament website of certain personal data — No sufficiently serious breach of a rule of law conferring rights on individuals)
Kawża T-343/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament — Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali — Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
Kawża T-343/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament — Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali — Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament
(Kawża T-343/13) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali - Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))
(2016/C 027/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Seyr, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Buchta u V. Pozzato, sussegwentement minn A. Buchta, M. Pérez Asinari, F. Polverino, M. Guglielmetti u U. Kallenberger, aġenti)
Suġġett
Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali li tikkonċernah.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
CN għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-ispejjeż tiegħu. |
3) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |